UK – One News

Notifiki

L-ekonomija Ingliża bl-akbar daqqa ‘l isfel fl-istorja

Il-prodott domestiku gross fir-Renju Unit naqas b’aktar minn għoxrin fil-mija fix-xahar ta’ April. Din hija l-ikbar daqqa għall-ekonomija Ingliża mindu bdiet tinżamm l-istatistika fl-1997.

Din iċ-ċifra tirrifletti tnaqqis rekord fis-servizzi u produzzjoni fid-dawl li April kien l-ewwel xahar sħiħ ta’ lockdown mindu tħabbar fit-23 ta’ Marzu.

Esperti qed isostnu li dan it-tnaqqis huwa agħar minn dak f’pajjiżi oħra żviluppati.

L-Uffiċċju tal-Istatistika Ingliż irrapporta li l-ekonomija Ingliża naqset bi kwart f’Marzu u April, u kull settur esperjenza tnaqqis. Fost l-oħrajn, l-industrija tal-ivvjaġġar bl-ajru naqset b’disgħin fil-mija, u dik tal-kostruzzjoni b’40%.

Intant, madwar id-dinja ġew irreġistrati aktar minn seba’ miljuni u ħames mitt elf każ ta’ infezzjoni ta’ Coronavirus, u aktar minn erba’ mija u għoxrin elf mewt.

Jieqfu d-diskussjonijiet dwar Brexit jum qabel vot f’Westminster dwar l-abbozz tat-tluq

Diskussjonijiet dwar Brexit bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea għadhom ma komplewx, skont l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Ingliż f’Downing Street, minkejja li baqa jum biss biex jittieħed vot fil-Parlament Ingliż dwar l-abbozz tat-tluq.

Il-Prim Ministru Theresa May tkellmet mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker il-Ħadd filgħaxija wara li jiem ta’ diskussjoni bejn iż-żewġ partijiet ma wasslu għall-ebda soluzzjoni. Dawn id-diskussjonijiet mistennija jkomplu t-Tnejn bil-ħsieb li jkunu ffinalizzati t-tibdiliet meħtieġa qabel il-vot tat-Tlieta f’Westminster.

Ir-Renju Unit mistenni jitlaq b’mod uffiċjali mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ dan ix-xahar.

L-uragan Ophelia fir-Renju Unit u fl-Irlanda

L-Uffiċċju Meteoroloġiku fl-Ingilterra ħareġ twissija ta’ “potenzjalment ta’ periklu għall-ħajja”, hekk kif l-Urugan Ophelia qed jersaq lejn ir-Renju Unit b’irwiefen li jlaħħqu l-130 kilometru fis-siegħa.

Twissija simili ħarġet għan-naħa ta’ fuq tal-Irlanda, fejn l-iskejjel kollha mistennija jgħalqu fit-15:00.

Qed ikun imbassar li kawża tal-uragan, bosta partijiet fir-Renju Unit u l-Irlanda se jsofru minn qtugħ fil-provvista tal-elettriku, mewġ qawwi u periklu kbir għal min joħroġ barra.

Il-linji tal-ajru Ryanair u Aer Lingus ikkanċellaw numru ta’ titjiriet minħabba l-maltemp.

Ir-Renju Unit ilu ma jesperjenza maltemp qawwi bħal dan mill-1987, meta kien hemm l-hekk imsejħa “Il-Maltempata l-Kbira”, li kienet ħalliet tmintax-il persuna bla ħajja.

Membri Parlamentari Ingliżi jaqblu: elezzjoni nhar it-8 ta’ Ġunju

Membri Parlamentari Ingliżi approvaw il-pjan tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May, biex issir elezzjoni nhar it-tmienja ta’ Ġunju. Il-Parlament Ingliż appoġġja lill-Prim Ministru b’522 vot kontra 13, jiġifieri iktar mill-maġġoranza ta’ żewġ terzi meħtieġa. May temmen li mandat ġdid isaħħaħha fid-divorzju minn mar-Renju Unit u jipprovdi aktar ċertezza għall-ġejjieni.

Marret fil-Parlament Ingliż bis-salib ma’ rasha – skopri x’ġara wara

Baraxx kritika waslet għand l-aġenzija tal-aħbarijiet BBC, wara li staqsew jekk kinitx tagħmel sens li membru parlamentari Ingliża marret il-parlament bl-irmied ma’ moħħha. Dan għamlitu għax kien l-Erbgħa tal-Irmied.

Permezz ta’ Facebook, il-BBC staqsew lill-qarrejja jekk jaħsbux li jagħmel sens li l-membru parlamentari Carol Monagham minn Glasgow ippreżentat ruħha hekk.

Ħafna kienu tal-opinjoni li din id-domandi timmina l-Kristjanità. Pete Broadbent, ‘acting bishop’ ta’ Londra, saħansitra qal li l-BBC m’għandhomx ikunu daqshekk injoranti dwar il-fidi Kattolika. L-eks Ministru Ann Widdecombe, konvertita għall-Kristjaneżmu, ukoll ħassitha offiża u qalet li d-domanda ma kelliex issir għax hija ‘injoranta’.

Inti x’taħseb?

Aqra aktar

Send this to a friend