Għawdex jibqa’ kalamita għat-turisti u għall-Maltin. Dan tikkonfermah statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li qalet li n-numru ta’ persuni li vjaġġaw bejn Malta u Għawdex bejn April u Ġunju tal-2017 żdied meta kkumparat mal-istess perjodu fl-2016.
