UE – Page 6 – One News

Notifiki

Ewropa pożittiva għall-Presidenza Ewropea ta’ Malta għas-sitt xhur li ġejjin

Ir-reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat fi Strasborgu kienet reazzjoni ta’ pożittività li din il-Presidenza Maltija se tkun qed tagħmel id-differenza għall-Unjoni Ewropea li bħalissa għaddejjha minn żmien diffiċli.

Dan qalu l-Partit Laburista, li nnota kif il-Presidenti kollha tal-Gruppi Politiċi fil-Parlament Ewropew faħru l-preparazzjoni li għamlet Malta u l-prijoritajiet li poġġiet quddiemha li twettaq tul il-Presidenza fosthom aktar impenn favur il-kwistjoni tal-Immigrazzjoni u l-ħtieġa ta’ Ewropa aktar soċjali.

Il-Partit żied jgħid “in-negattività ta’ individwi mhux se xxekkel milli Malta tkun verament qed iservi ta’ pont fl-Unjoni Ewropea minkejja ċ-ċokon ġeografiku tagħha u dan kif qed isostnu Mexxejja Ewropej li kollha huma ottimisti”.

 

Il-Presidenza tal-U.E mhux importanti għal Busuttil

Il-Kap tal-Opożizzjoni Simon Busuttil fetaħ front ta’ firda fuq il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja  fejn daħħal il-partiġjanniżmu fuq livell Ewropew.

F’ intervista fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista  Busuttil qal li l-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew, li tiegħu hu membru l-Partit Nazzjonalista, li ser jsir f’ pajjiżna s-sena d-dieħla huwa l-akbar avveniment għall-elfejn u sbatax. Saħansitra qal li se jkun ikbar mill-Presidenza innifisha.

Il-Kap tal-Oppozizzjoni kompla bl-attakk tiegħu fuq l-impjant tal-Gass f’ Delimara  fejn saħansitra semma l-membri tal-bord tal-Awtorita tal-Ambjent u r-Riżorsi personalment u appellalhom biex jitilqu ‘l barra u ma jivvutawx. Mossa li toħloq pressjoni politika fuqhom jum qabel ma’ jieħdu deċiżjoni dwar l-aħħar permess tal-Powerstation il-ġdida.

Aqra aktar

Il-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija għall-qasam tal-Intern ippreżentati lill-Balkani tal-Punent

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, ippreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija fil-qrib tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-qasam tal-Intern waqt il-Forum Ministerjali bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent dwar il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni.

Il-konferenza ġiet organizzata fil-15 u s-16 ta’ Diċembru 2017 f’Brdo pri Kranju, fl-Islovenja, mill-Presidenza Slovakka tal-UE bl-appoġġ tal-Islovenja u f’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea. Din hija laqgħa li ssir fuq bażi regolari minħabba l-interess kbir li għandhom kemm l-UE kif ukoll ir-reġjun tal-Balkani tal-Punent fit-tisħiħ tal-koperazzjoni u fil-qsim tal-aħjar prattika fuq kwistjonijiet ta’ interess komuni fl-oqsma tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet Interni. Aqra aktar

“Il-banek ta’ daqs medju jiħtiġilhom trattament differenti”

L-Ewroparlamentari Alfred Sant qal lill-Kumitat Ekonomiku u Monetarju tal-Parlament Ewropew (ECON) li l-banek ta’ daqs medju mill-ekonomiji żgħar u medji tal-Ewropa ta’ isfel jixirqilhom trattament differenti mill-banek tat-Tramuntana tal-Ewropa.  Dr Sant kien qed jitkellem waqt sessjoni ta’ skambju ta’ ideat ma’ Elke Konig, il-Presidenta tas-Single Resolution Board, l-Awtoritá inkarigata milli tiżgura li banek Ewropej li jkollhom diffikultajiet finanzjarji jiġu sorveljati tajjeb.

B’reazzjoni għall-kummenti ta’ Dr Sant, Konig saħqet li huma jagħmlu minn kollox biex ma japplikawx ir-regoli bl-istess mod għal kulħadd, imma mbagħad qalet ukoll li ma tantx hemm differenza bejn banek tan-nord u dawk tas-sud u li għandhom jiġu ttrattati b’mod konsistenti skond ir-regoli tal-UE.

Aqra aktar

Bonnici u Abela jirrappreżentaw lil Malta f’Washington

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici, u l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, attendew għal-Laqgħa Ministerjali bejn l-UE u l-Istati Uniti fuq il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni organizzata mill-Istati Uniti f’Washington.

Din il-laqgħ ssir bil-għan li tevalwa l-koperazzjoni Trans-Atlantika fil-ġlieda kontra t- terroriżmu u l-kriminalità internazzjonali.

Il-Ministri Maltin taw ħarsa lejn il-prijoritajiet fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern fl-ewwel nofs tal-2017, waqt il-perjodu tal-Presidenza Maltija tal-UE.

Qalu li f’dan iż-żmien Malta se tkompli taħdem biex issaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u tiddiskuti sfidi komuni fil-qasam tas-sigurtà għal benefiċċju taċ-ċittadini Ewropej.

Aqra aktar

“Dak li tiddeċiedi l-Ewropa se jkollu impatt dirett fuq Malta”

“Is-sentejn u nofs li ġejjin se jkunu determinanti għall-Unjoni Ewropea biex tilqa’ għall-isfidi li għandha quddiemha. L-UE tista’ tieħu deċiżjonijiet li ma jkunux fl-interess tagħna. Għalhekk rridu niflu l-effett tad-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-UE. Jekk l-UE issir għaqda militari, Malta tkun fuq il-fruntiera ta’ din l-għaqda militari minħabba l-qagħda ġeografika tagħha. Il-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna tipprojbixxi indħil f’alleanzi militari u irrispettivament minn dan  irridu nifhmu jekk għaqda militari tal-UE tkunx fl-interess ta’ pajjiżna. L-Ewropa tista’ tieħu wkoll deċiżjonijiet li jaffettwaw is-servizzi finanzjarji f’pajjiżna. Quddiem l-istaġnar ekonomiku fl-Ewropa u wara l-iskandli tal-Luxleaks u tal-Karti tal-Panama, il-politiċi Ewropej issa jridu jilleġislaw dwar is-servizzi finanzjarji. Dawn il-miżuri jistgħu jaffettwaw is-servizzi finanzjarji f’pajjiżna li jammontaw għal 25% tal-ekonomija tagħna. Id-deċiżjonijiet li jittieħdu fl-Unjoni Ewropa, anke jekk jistgħu jidhru imbiegħda minn Malta, jaffettwaw lilna u lill-familji tagħna. Irridu insegwu dak li għaddej fl-Ewropa u nistaqsu kontinwament kif se niġu affettwati mill-iżviluppi fl-Ewropa.”

Aqra aktar

Il-Parlament Ewropew jivvota biex iwaqqaf lit-Turkija milli tidħol fl-UE

Il-Parlament Ewropew ivvota biex jitwaqqfu il-pjanijiet li ilhom jiġu mħejjija biex it-Turkija tidħol fl-Unjoni Ewropea. Din id-deċiżjoni aktarx ġiet bħala rispons għar-ripressjoni t’Ankara tal-oppożizzjoni politika u l-midja indipendenti li bdiet f’Lulju wara li falla l-kolp ta’ stat.

479 Membri Parlamentari Ewropew ivvutaw favur il-mozzjoni biex jiġu emendati r-relazzjonijiiet ta’ UE-Turkija, b’37 kontra u 107 li astejnew.

Aqra aktar

Send this to a friend