Notifiki

Malta b’suq tax-xogħol akbar minn tal-U.E. f’16-il sena

Għall-ewwel darba f’perjodu ta’ 16-il sena, Malta rnexxielha taqbeż il-medja Ewropea ta’ persuni fis-suq tax-xogħol.

Dan joħroġ minn ċifri tal-Eurostat dwar ix-xogħol diċenti u t-tkabbir ekonomiku li juru li għall-ewwel darba sa mill-2001, il-persuni fis-suq tax-xogħol f’Malta li kellhom bejn l-20 u l-64 sena qabżu l-medja tal-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

Għawdex jeħtieġ l-għajnuna tal-istat – Alfred Sant

Għawdex jeħtieġ l-intervent u l-għajnuna tal-istat biex jissaħħaħ bħala destinazzjoni Ewropea u bħala destinazzjoni nazzjonali u jkompli jtejjeb il-konnettivita` tiegħu ma’ Malta u mal-kontinent Ewropew. Dan qalu Alfred Sant quddiem udjenza numeruża f’Konferenza dwar is-sehem ta’ Għawdex mill-Budget Ewropew tal-2020-2027 fil-Lukanda Ta’ Ċenċ, Għawdex. Alfred Sant enfasizza li l-intervent tal-istat huwa meħtieġ biex jikkumpensa għall-insularita` doppja li jsofri minnha Għawdex peress li s-settur privat u s-suq ħieles waħdu ma jistgħux jiffinanzjaw proġetti kbar li għandu bżonn Għawdex biex ilaħħaq mal-iżvilupp f’Malta.

Aqra aktar

Fi tliet snin Malta bl-ogħla rata ta’ viżi rrifjutati fl-UE

In-numru ta’ viżi li nħarġu f’pajjiżna fl-elfejn u tlettax kienu ftit aktar minn sitta u tletin elf u ħames mija u mhux tmienja u tmenin kif allegat. Differenza ta’ iktar minn ħamsin elf.

Qalet dan is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli f’kitba fuq it-Times of Malta li spjegat kif issa drajna b’allegazzjonijiet iċċirkolati bl-għan li jħammġu r-reputazzjoni ta’ Malta fuq livell Ewropew u dinji.

Is-Segretarju Parlamentari Farrugia Portelli tispjega li lanqas jekk tmur lura għall-elfejn u ħdax – meta l-Libja kienet fl-eqqel tal-kriżi tagħha, u tgħodd il-viżi li nħarġu sal-lum, f’seba’ snin u nofs dawn jammontaw għal disgħa u sittin elf – b’terz minnhom taħt amministrazzjoni Nazzjonalista.Aqra aktar

Imniedi l-proġett ta’ arja nadifa fil-gżejjer tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea nediet il-proġett ‘Insaħħu l-kooperazzjoni u nieħdu azzjoni fil-qasam tal-klima fil-gżejjer tal-UE’ biex tassisti l-gżejjer tal-UE joħolqu sorsi ta’ enerġija nadifa u favur l-ambjent. Il-proġett kien propost minn Alfred Sant, MEP u ex-Prim Ministru u MEP Kroat Tonino Picula, ex-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Kroazja. Sant u Picula fl-aħħar xhur ħadmu fuq l-implimentazzjoni tal-proġett għal arja nadifa fil-gżejjer tal-UE. Il-Kummissjoni Ewropea iffinanzjat €10 miljuni biex issaħħaħ il-proġett wara li kienet diġa` approvat €2 miljuni oħra għall-istess proġett.

Aqra aktar

Send this to a friend