Notifiki

Is-sena d-dieħla Malta se jkollha l-akbar tkabbir ekonomiku fl-UE – tbassir tal-KE

Sal-ħarifa tas-sena d-dieħla, Malta se tesperjenza l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea.

Dan joħroġ minn tbassir li għadha kif ħarġet il-Kummissjoni Ewropea.

Skont il-Kummissjoni Ewropea, Malta u l-Islovakkja se jkollhom l-akbar tkabbir fil-prodott domestiku gross fil-ħarifa tal-2022.

Fil-fatt l-ekonomija ta’ Malta mistennija tikber b’5.4%, darba u nofs aktar mill-medja Ewropea.Aqra aktar

Aktar minn 120 immigrant ġew rilokati lejn pajjiżi oħra tal-UE f’Jannar

Dan ix-xahar aktar minn120 immigrant ieħor ġew rilokati għall-pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Intern fi stqarrija fejn spjega li issa dawn l-immigranti se jkomplu bit-talba tagħhom għall-ażil fil-pajjiżi li pparteċipaw fil-proċess ta’ rilokazzjoni.

Il-Gvern qal li proċessi ta’ rilokazzjoni kienu koordinati mill-Kummissjoni Ewropea wara t-talbiet ta’ Malta biex ikun hemm qsim tar-responsabbiltà f’każijiet fejn immigranti irregolari jidħlu fl-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

Send this to a friend