Tusk – One News

Notifiki

“Ħu ħsieb l-alleati tiegħek”- Tusk lil Trump

Il-President Amerikan Donald Trump mistenni jiltaqa’ ma’ mexxejja tan-NATO għal Summit fi Brussell fil-jiem li ġejjin, minkejja li fl-aħħar jiem ħareġ jattakka l-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u l-mexxejja tan-NATO, minħabba li, fil-fehema tiegħu, ma nefqux biżżejjed flus fid-difiża tal-pajjiżi.

Aqra aktar

L-ittra tasal għand Tusk; minn issa, sentejn għal Brexit

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk irċieva l-ittra mill-ambaxxatur Ingliż għall-Unjoni Ewropea ftit tal-ħin ilu. Ittra li fiha hemm konferma tal-intenzjoni tar-Renju Unit li titlaq mill-Unjoni Ewropea.

L-itrra ingħatat lil Tusk fl-uffiċju tiegħu fi Brussell fil-preżenza ta’ ġurnalisti minn madwar id-dinja.

Issa formalment beda countdown ta’ sentejn għal Brexit, taħt Artiklu 50 tat-trattat Ewropew.

“Jien twelidt mal-komunità Ewropea …dan huwa jum personali ħafna” – Tusk

“Jien twelidt mal-komunità Ewropea, propju sittin sena ilu. Għalekk dan il-jum, għalija, huwa wieħed personali ħafna,” qal dan il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk waqt l-indirizz tiegħu waqt is-Summit f’Ruma .

Hu spjega kif il-ħolmiet ta’ sittin sena ilu jridu jitkomplew. Tusk qal li llum qed nirrepetu l-verità; li xejn m’hu garantit, u li biex tibni dinja sabiħa trid tagħmel sagrifiċċju fejn biex tkisser dak l-ideal, kull ma trid hi sekonda.

“Illum qed nerġgħu nwelldu l-alleanza li twieldet sittin sena ilu. Minkejja t-traġedji riċenti, kull tama trid titpoġġa fl-Unjoni. Demokrazija, indipendenza u l-libertà u d-dinjità huma dawk li jgħaqduna. Illum mhux biżżejjed li nsejħu għall-għaqda. Hija iktar importanti li niffukaw fuq drittijiet, libertaijiet, bilanċ, u rule of law. Dan huwa l-fundament tal-Ewropa,” sostna Tusk

Aqra aktar

Tusk isejjaħ summit dwar BREXIT

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk ħabbar permezz ta’ tweet li sejjaħ summit dwar BREXIT.

Dan hekk kif fid-29 ta’ Marzu r-Renju Unit se jitlob li jidħol fis-seħħ Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, li se jkun qed jibda t-triq biex ma jibqax membru tal-UE.

Dan ifisser li l-mexxejja Ewropej se jiltaqgħu madwar il-mejda biex jaddottaw il-linji gwida ta’ BREXIT. Fit-tweet tiegħu Tusk qal li l-prijorità matul din il-laqgħa, għanda tkun li r-regoli ta’ BREXIT jkunu ċerti u ċari għaċ-ċittadini, kumpaniji u membri stati kollha.

Aqra aktar

“Se jasal jum meta l-Ingilterra jaf terġa’ tirritorna lura fl-UE”

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, jinsab kunfidenti li l-Ingilterra se tkun qed terġa’ tagħmel parti mill-Unjoni Ewropea wara l-Brexit.

“Il-Brexit ma joġgħobnix għax nixtieq inkun fl-istess dgħajsa tal-Ingliżi,” qal Juncker. Hu kompla billi qal li l-Brexit ma jfissirx it-tmiem tal-Unjoni Ewropea, u lanqas ifisser it-tmiem ta’ kull tip ta’ żvilupp li sar, lanqas ifisser it-tmiem tal-ambizzjonijiet kontinentali.

Il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, qal li meta l-Ingilterra tinnotifikana, huwa d-dmir tagħna li nirreaġixxu b’draft tal-linja gwida tan-negozjati, dan biex jiġu ppreżentati lis-27 Stat Membru biex jikkunsidraw.

Aqra aktar

Juncker jikteb lil Tusk… Malta u l-Finlandja biss fit-triq it-tajba

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean Claude Juncker, kiteb lill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk ġimgħa qabel jerġa’ jiltaqa’ l-Kunsill Ewropew fi Brussell u l-messaġġ kien dwar l-immigrazzjoni.

Biex baqgħet fuq nett tal-aġenda t-tema li hi ewlenija fost il-prijoritajiet Maltin fil-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Saret referenza ċara għad-dikjarazzjoni ta’ Malta maqbula waqt is-Summit tat-3 ta’ Frar u li fiha kien maqbul li trid issir ħidma biex tkun indirizzata r-rotta tal-Mediterran Ċentrali, dik li tara ħafna immigranti jitilqu mil-Libja. Fosthom bi ftehim u diskussjoni minn pajjiżi minn fejn jitilqu l-immigranti.
Aqra aktar

TUSK: IRRIDU NAGĦLQU R-ROTTA TAL-LIBJA

Dikjarazzjonijiet ċari kristall mill-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, lejliet il-Malta Summit.

Għada jrid li f’Malta tkun diskussa l-kwistjoni tal-Libja u miżuri biex ikun hemm koperazzjoni li twaqqaf l-influss ta’ immigranti mil-Libja.

Aqra aktar

Send this to a friend