Turkija – Page 6 – One News

Ara ma tgħidx li ma tridx isservih it-tè…

Raġel li jmexxi ħanut tal-kafè fil-binja li tilqa’ lil ġurnal tal-oppożizzjoni Torka inżamm arrestat wara li qal li kieku jirrifjuta li jservi t-tè lill-President Recep Tayyip Erdogan.

Senol Buran, li jmexxi l-ħanut fil-binja tal-ġurnal Cumhuriyet, it-Turkija, inżamm akkużat li insulta lill-President. Iżda hu qed jinsisti li dak li qal ma kienx insult.

L-awtoritajiet Torok qed ikunu ħarxa kontra min imerihom, minn meta seħħ kolp ta’ stat f’Lulju li għadda. Il-ħaddiema tal-ġurnal kienu fost l-eluf arrestati, sospiżi jew imkeċċija mix-xogħol. Il-ġurnal huwa fost il-ftit li azzarda jippublika affarijiet kontra Erdogan.

Buran stqarr ċar mal-Pulizija: “kieku  ma nservix it-tè lill-Erdogan”.

Tiri sparati quddiem l-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Ankara ftit sigħat wara l-qtil tal-Ambaxxatur Russu

Il-Pulizija għadhom kif arrestaw raġel b’relazzjoni ma’ tiri li ġew sparati quddiem l-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Ankara, ftit sigħat wara li l-Ambaxxatur Russu għat-Turkija nqatel.

Sorsi qalu li r-raġel ħareġ arma li kienet moħbija fil-ġakketta u spara madwar tmien tiri fl-ajru. Hu twaqqaf mill-gwardji tas-sigurtà tal-Ambaxxata stess.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Aqra aktar

Jinqatel l-ambaxxatur Russu għat-Turkija

L-Ambaxxatur Russu għat-Turkija Andrey Karlov nqatel wara sparatura f’Ankara it-Tnejn filgħaxija.

Informazzjoni minn fuq il-post tgħid li l-qattiel spara minn tal-inqas tmien tiri waqt li għajjat il-kliem Allahu Akbar. Rapporti mill-midja Torka qalu li l-Pulizija qatlu l-assassin li attakka lill-Karlov waqt esibizzjoni artistika fiċ-Ċentru tal-Arti kontemporanja f’Ankara.

Huwa mifhum li l-assassin daħal fl-esibizzjoni b’identifikazzjoni falza tal-Pulizija u wera rabja lejn is-sitwazzjoni f’Aleppo. Filfatt dan l-attakk sar jiem biss wara protesti fit-Turkija dwar l-appoġġ li r-Rusja qed tagħti lill-President Sirjan Bashar al Assad.

Il-Parlament Ewropew jivvota biex iwaqqaf lit-Turkija milli tidħol fl-UE

Il-Parlament Ewropew ivvota biex jitwaqqfu il-pjanijiet li ilhom jiġu mħejjija biex it-Turkija tidħol fl-Unjoni Ewropea. Din id-deċiżjoni aktarx ġiet bħala rispons għar-ripressjoni t’Ankara tal-oppożizzjoni politika u l-midja indipendenti li bdiet f’Lulju wara li falla l-kolp ta’ stat.

479 Membri Parlamentari Ewropew ivvutaw favur il-mozzjoni biex jiġu emendati r-relazzjonijiiet ta’ UE-Turkija, b’37 kontra u 107 li astejnew.

Aqra aktar

L-Ewropa se ssabbat il-bieb f’wiċċ it-Turkija?

Nhar it-Tlieta li ġej membri Ewroparlamentari se jiddibattu jekk għandux ikun imwaqqaf immedjatament il-proċess ta’ tkabbir tal-Unjoni li jinkorpora ftehim mat-Turkija.

Membri fi ħdan il-Parlament se jkunu qed jivvotaw favur jew kontra riżoluzzjoni, b’ħafna jinsistu li kunċetti fundamentai bħas-saltna tad-dritt (rule of law), id-drittijiet umani, il-libertà tal-espressjoni, il-libertà fil-mezzi tax-xandir u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni mhumiex suġġetti li dwarhom wieħed għandu jinnegozja.

Send this to a friend