Fit-Turkija l-poplu Tork qed jivvota f’referendum li se jiddetermina jekk il-President attwali Erdogan għandux jingħata poteri ġodda.

Fit-Turkija l-poplu Tork qed jivvota f’referendum li se jiddetermina jekk il-President attwali Erdogan għandux jingħata poteri ġodda.
Ewropej minn madwar id-dinja mhux se jkunu jistgħu jimxu fit-toroq b’rashom mistrieħa jekk se jibqgħu bl-istess mentalità dwar it-Turkija, qal dan il-President tat-Turkija Recep Tayyip Erdogan.
It-Turkija bħalissa tinsab f’battibek diplomatiku mal-Ġermanja u l-Olanda wara li pprojbixxu lill-uffiċjali Torok milli jikkampanjaw b’turija ta’ appoġġ għal referendum f’April dwar iż-żieda fis-saħħa tal-President Tork, irrapporta dan l-Independent tal-Ingilterra.
Raġel miżżewweġ intbagħat il-ħabs fuq akkużi terroristiċi wara li pprova jmur fuq ġita lejn is-Sirja biex jingħaqad ma’ Daesh, ISIS. Iżda mhux hu biss ingħata sentenza ta’ ħabs, dan hekk kif martu li qed tistenna tarbija miegħu wkoll spiċċat f’ċella.
Ijaz Khan, ta’ 29 sena, ħejja pjan biex jingħaqad flimkien ma’ membru tal-familja ta’ martu li kien diġà ħarab mill-pajjiż lejn is-Sirja.
Khan kien arrestat fl-Ajruport ta’ Manchester wara li l-Pulizija rċevew informazzjoni li kien qed jippjana biex imur Ateni u wara minn hemm imur is-Sirja.
Il-Pulizija Olandiża kellha konfront ma’ dimostranti f’Rotterdam, fost tensjoni hekk kif ministru Tork kien eskortat barra mill-pajjiż.
Dan hekk mal-elf persuna nġabru barra l-konsulat tat-Turkija f’din il-belt fl-Olanda, sigħat wara li l-ministru tal-affarijiet barranin qal li se jmur Rotterdam minkejja li kien projbit milli jieħu seħem f’dimostrazzjoni b’appoġġ għar-referendum li jżid is-setgħet tal-President Tork.
Il-gvern Olandiż qal li dimostrazzjonijiet ta’ dan it-tip jżidu t-tensjonijiet jiem biss qabel l-elezzjoni ġenerali li jmiss fl-Olanda.
Il-prim ministru Tork, Binali Yildirim qal li t-Turkija se tirrispondi b’modi iebsa għal din l-imġieba mhux aċċettabbli.
Ritratt ta’ tifel refuġjat mar virali dan hekk kif jidher li qed ipoġġi kutra fuq kelb li safa midrub biex jilqagħlu mill-kesħa.
Huseyin el-Hasan, li għandu biss tmien snin, rebaħ qlub in-nies għax minkejja li d-dar għandu problema bil-kesħa li jkun hemm xorta waħda wera kemm għandu qalbu tajba li ħaseb f’min hu xxurtjat inqas minnu.
Malta u Turkija ffirmaw żewġ memorandum of understanding f’setturi diversi, primarjament kollaborazzjoni fis-settur marittimu, settur tas-saħħa u l-investiment. F’konferenza tal-aħbarijiet wara laqgħa bejn il-Prim Ministru Malta u l-Prim Ministru Tork f’Kastilja, il-Prim Ministri t-tnejn tkellmu dwar in-negozjatio tal-customs union li għad iridu jiġu diskussi bejn it-Turkija u l-Unjoni Ewropea.
Pajjiżna se jkun qed jiftaħ ambaxxata fit-Turkija, liema aħbar il-Prim Ministru Tork laqa’ b’sodisfazzjon. Kien il-Prim Ministru Joseph Muscat li ta din l-aħbar f’konferenza tal-aħbarijiet konġunta bejn il-Prim Ministru Malti u l-Prim Ministru Tork wara laqgħa li kellhom f’Kastilja bħala parti miż-żjara uffiċjali tal-President Tork f’pajjiżna. Din kienet propju l-ewwel żjara uffiċjali tal-Prim Ministru Tork.
Din hija l-ewwel żjara uffiċjali ta’ Kap ta’ Stat Tork f’pajjiżna. Tul iż-żjara tal-Prim Ministru Tork, Binali Yıldırım, mistennija jkunu d-diskussi mhux biss ir-relazzjoni bilaterali bejn Malta u t-Turkija iżda anke r-relazzjoni bejn it-Turkija u l-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru tat-Turkija Binali Yıldırım iltaqa’ mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja, l-Belt Valletta. Il-Prim Ministru tat-Turkija u l-Prim Ministru Malti se jkollhom laqgħa ta’ diskussjoni li se tkun qed twassal biex jiġi ffirmat memorandum of understanding.
Il-Prim Ministru tat-Turkija Binali Yıldırım wasal f’pajjiżna ma tlugħ ix-xemx. Kien il-Ministru għat-trasport Joe Mizzi li laqgħu f’pajjiżna. Aktar tard matul il-jum tal-ġimgħa, il-Prim Ministru tat-Turkija se jkun qed jiltaqa’ mal-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca u mal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Send this to a friend