Turkija – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: It-terremot fit-Turkija u l-Greċja jħalli 28 persuna mejta

S’issa 28 persuna huma rrapportati mejta kawża tat-terremot  qawwi li kejjel sebgħa fuq l-iskala Rikter  li heżżeż it-Turkija u l-Greċja.

Fit-Turkija s’issa hemm ikkonfermat  800 persuna midruba filwaqt li hemm madwar 180 persuna oħra li għadhom maqbuda taħt it-tifrik. It-tfittxijiet għadhom għaddejjin bit-tama li jinstabu aktar persuni ħajjin.

L-awtoritajiet Torok ramaw tined li qed jintużaw ta’ kenn għall-persuni li ġew evakwati minn djarhom minħabba biża’ li aktar bini jista’ jiġġarraf.

 

Send this to a friend