Notifiki

Il-lukandi daħlu mal-€4 miljun mill-Presidenza

L-Assoċjazzjoni Maltija għalLukandi u r-Ristoranti (MHRA) preżentat ir-riżultati tal-istaħrriġ trimestrali lill-membri tagħha li jikopri l-perjodu bejn April u Ġunju 2017 fejn tkompliet tendenza li jiġi rreġistrat tkabbir sinifikanti.

In-numru ta’ turisti li waslu Malta f’dawn ix-xhur żdied b’ 16.9% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet. Żdied ukoll it-total tal-iljieli li qattgħu f’Malta b’11.9%. Aqra aktar

Tkabbir b’saħħtu fit-turiżmu jkompli matul ix-xahar ta’ Lulju

“Ir-riżultati ppublikati llum huma inkoraġġanti u jikkonfermaw tkabbir b’saħħtu ħafna, issa estiża anke għax-xhur tas-sajf. Dan huwa riżultat ta’ ħidma intensiva flimkien mal-istakeholders kollha. Bi pjaċir ninnotaw xejriet pożittivi f’kull indikatur, inkluż żieda fl-ammont li t-turisti nefqu għal kull bed night, minn € 119.04 għal €121.56 kull lejl”.

Aqra aktar

Żieda qawwija fit-turiżmu marbut man-negozju

It-turiżmu marbut man-negozju kiber b’rati mingħajr preċedent tul l-ewwel nofs ta’ din is-sena. 

Saħansitra, meta wieħed iqabbel din is-sena ma’ li għaddiet, kien hemm żieda ta’ 55% f’dan it-tip ta’ turiżmu li jħalli l-miljuni fl-ekonomija Maltija.

L-istatistika jikkonfermawha l-lukandiera b’Matthew Mullan, General Manager tal-lukanda Hilton tkellem kif kienu diversi l-fatturi li waslu għal dan fosthom iż-żieda ta’ kumpaniji jaħdmu minn Malta.

Aqra aktar

L-MTA tintervjeni: promenade xierqa f’San Pawl il-Baħar

Wiċċ ġdid għall-promenade f’Tal-Għażżelin f’San Pawl il-Baħar ifisser aktar spazju miftuħ disponibbli għat-tgawdija tat-turisti, residenti u familji. Iz-zona tippermetti li filwaqt li wieħed igawdi minn xeni naturali, jammira wkoll it-Torri ta’ Wignacourt, li l-bini tiegħu jmur lura għall-1610.

Il-promenade kien ingħata wiċċ ġdid fl-2010, iżda biż-żmien, il-materjal kellu bżonn ammont ta’ ħidma riparattiva. Huma diversi l-elementi li wasslu biex il-promenade ittiekel, fosthom ix-xemx kostanti, l-ilma baħar u anke fatturi oħra, bħall-preżenza ta’ ħamiem fl-akwata. Aqra aktar

10% AKTAR TURISTI S-SENA LI GĦADDIET

Is-sena 2016 rat il-wasla ta’ 1,956,820 turist. Ċifra li timmarka żieda ta’ 10.2% meta mqabbla ma’ dik tas-sena 2015.

Dan jirriżulta minn statistika maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, fejn jingħad li ftit inqas min-nofs dawk li żaru pajjiżna użaw linji tal-ajru low-cost.

It-turisti li żaru lil Malta biss laħqu l-miljun u tmien mitt elf, żieda ta’ 10% meta mqabbel mal-2015. Iktar minn 70% minnhom għażlu li joqgħodu fi stabbilimenti t’ akkomodazzjoni kollettiva. Fuq medja, dawn it-turisti qattgħu 7.3 iljieli. 

Turisti li fl-2016 żaru biss Għawdex u Kemuna ammontaw għal 48, 684; żieda ta’ 13.6%  fuq is-sena ta’ qabel. 68.2% ta’ dawn qagħdu f’akkomodazzjoni privata, bi 63.1% ta’ dawn għażlu l-akkomodazzjoni b’kirja. Il-medja ta’ ljieli mqatta kienet ta’ 9.7. 

APRIL 2017: żdiedu dawk li ġew Malta għal btala u anke dawk li ġew fuq negozju

L-ammont ta’ persuni li żaru Malta f’April laħaq 202,698, jiġifieri żieda ta’ 21.9% meta mqabbel mal-istess xahar fl-2016.

162,065 ġew Malta fuq btala, filwaqt li 20,141 oħra ġew fuq negozju.

Fejn jidħlu skopijiet ta’ negozju, kien hemm żieda notevoli ta’ 60.5% fuq sena ilu, f’xahar wieħed biss. Turisti li ġew Malta mill-Ewropa żdiedu b’20.9%.

Dan kollu jirriżulta minn statistika ppublikata mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, li tista’ tara hawn taħt.

Aqra aktar

Fit-turiżmu ma nistgħux nieqfu nofs triq

Il-garanzija li jinżam ir-ritmu li pajjiżna qabad fis-settur turistiku hu billi ma jkunx hemm bidla fid-direzzjoni.

Tkellem dwar dan is-Segretarju Ġenerali tal-organizzajoni għat-turiżmu fi ħdan in-Nazzjonijiet Maqgħuda. Qal li jagħżel il-poplu Malti, iżda mill-esperjenza tiegħu kellu parir x’jagħti.

Aqra aktar

Send this to a friend