“Iż-żieda fir-rotot għenet biex iżuruna iktar turisti fl-2018”- Il-Ministru Konrad Mizzi

Iż-żieda fir-rotot ta’ linji tal-ajru li joperaw minn u lejn Malta kienet raġuni ewlenija għall-ammont rekord ta’ turisti li żaru l-Gżejjer Maltin fl-ewwel sitt xhur tal-2018.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi spjega ma’ one.com.mt li ċ-ċifri maħruġa iktar kmieni llum huma wkoll frott ħidma għaqlija mill-Gvern f’dan is-settur.Aqra aktar

Jason Derulo, Hailee Steinfeld u Sigala għal fuq il-Fosos

Jason Derulo, Hailee Steinfeld u Sigala flimkien ma’ Paloma Faith u Ella Eyre u Dimitri Vegas & Like Mike huma l-artisti li din is-sena ser jimlew il-palk tal-Isle of MTV ta’ din is-sena.

Għat-tnax il-sena konsekuttiva, dawn l-artisti ser jingħaqdu ma’ għadd ta’ artisti lokali fuq il-Fosos fil-Furjana biex jittella dak li llum ġie stabbilit bħala wieħed mill-akbar kunċerti mużikali offruti b’xejn fl-Ewropa matul is-sajf.Aqra aktar

Is-17-il edizzjoni tal-festival tal-logħob tan-nar

Il-festival internazzjonali tal-logħob tan-nar għal din is-sena se jerġa’ jittella’ fuq tliet serati, bl-ewwel waħda se ddawwal is-smewwiet fuq il-gżira tat-tliet għoljiet.

Il-ftuħ tas-sbatax-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-logħob tan-nar bit-tema Fejn in-Nar u l-Kultura jiltaqgħu flimkien, se jsir f’Għawdex is-Sibt fil-wieħed u għoxrin ta’ April bis-sehem tal-kamra tan-nar Phoenix Fireworks mir-Renju Unit u Rozzi Fireworks mill-Istati Uniti.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet din hija opportunità oħra sabiex aktar turisti jżuru lil Għawdex.

Aqra aktar

L-Air Malta tikber b’34.6 % fi Frar li għadda

Fi Frar li għadda l-Air Malta ġarret 34.6 % passiġġieri aktar meta mqabbel mas-sena li għaddiet, żieda rekord matul ix-xahar li tradizzjonalment huwa meqjus l-aktar dgħajjef tas-sena. Il-linja tal-ajru Maltija ġarret total ta’ 26,000 passiġġier aktar minn Frar 2017.

Bejn Novembru tas-sena li għaddiet sa Frar ta’ din is-sena, il-Linja tal-Ajru rrappurtat tkabbir qawwi ta’ 24 %, li jagħmel din ix-xitwa waħda mill-aktar staġuni ta’ suċċess għall-Air Malta.

Fl-aħħar sitt xhur l-Air Malta nediet total ta’ 13-il rotta ġdida inkluż tliet servizzi bejn pajjizi Ewropej. Il-linja tal-ajru rnexxielha ttejjeb l-utilizzazzjoni tal-ajruplani tagħha konsiderevolment u qiegħda wkoll taħdem qatigħ sabiex tiżgura li l-ajruplani tagħha jtiru aktar sigħat sa 12-il siegħa kuljum fix-xitwa u 14-il siegħa fis-sajf, bl-ispiża tinfirex fuq aktar rotot li twassal għal żieda fid-dħul tagħha.

Aktar minn 1.8 miljun viżitatur f’akkomodazzjonijiet f’pajjiżna fl-2017

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tirreaġixxi b’mod pożittiv għall-fatt li kien hemm żidiet reġistrati fl-ammont ta’ turisti li żaru stabilimenti ta’ akkomodazzjoni kollettiva fir-raba’ kwart tal-2017.

Barra minn hekk, tul is-sena li għaddiet, l-ammont ta’ viżitaturi f’dawn l-akkomodazzjonijiet qabeż 1.8 miljun, li tfisser żieda ta’ 13%. L-ammont ta’ ljieli mqatta’ kważi laħaq id-9.6 miljun, li tfisser żieda ta’ kważi 7%.

Ċifri ppubblikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li bejn Ottubru u Diċembru tas-sena li għaddiet, kien hemm żidiet reġistrati fl-ammont ta’ nies li żaru dawn l-akkomodazzjonijiet (+11.7%) u l-ammont ta’ ljieli li qattgħu fihom (+8.3%). L-ikbar ammont ta’ ljieli (48.5%) tqattgħu f’akkomodazzjonijiet ta’ erba’ stilel. L-użu nett ta’ sodod avvanza b’1.4 punti perċentwali, biex laħaq 58.2%.Aqra aktar

Send this to a friend