Notifiki

Investiment ta’ €5 miljun f’korsijiet bla ħlas għas-settur turistiku

Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ħabbru investiment ta’ ħames miljun ewro f’taħriġ lir-riżors uman fil-qasam tat-turiżmu, biex b’hekk il-prodott turistiku lokali jkun aktar kompetittiv u b’saħħtu, hekk kif tgħaddi l-pandemija tal-Covid-19.

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet ukoll li dan imur id f’id mal-viżjoni tal-gvern li jkunu salvati l-impjiegi.  Mal-25,000 persuna jista’ jagħżel mingħajr ħlas minn 300 kors akkreditat jew 750 kors qasir.Aqra aktar

Studenti tal-ITS li kienu qed jistudjaw barra minn xtutna, jinġiebu lura Malta     

Matul l-aħħar ftit ġimgħat, l-Istitut għall-Istudji tat-Turiżmu (ITS) kien f’kuntatt mal-istudenti li kienu barra mill-pajjiż għal skopijiet ta’ studju. L-Istitut għamel l-arranġamenti xierqa biex l-istudenti kollha jirritornaw lejn Malta, fid-dawl tal-Coronavirus. Filwaqt li kkunsidra s-sitwazzjoni, l-Istitut ħabbar li tali tfixkil fl-apprendistat tal-istudenti ma jaffettwax it-tlestija b’suċċess tal-programm ta’ studju tagħhom. Aqra aktar

L-Air Malta ġġorr kwart ta’ miljun passiġġier f’Awwissu – l-aqwa Awwissu f’45 sena

Il-kumpanija tal-ajru nazzjonali Maltija, l-AirMalta, ġarret ftit inqas minn kwart ta’ miljun passiġġier f’Awwissu ta’ din is-sena. Il-248,358 passiġġier isarraf fl-aqwa numru li qatt irreġistrat il-kumpanija minn mindu twaqqfet 45 sena ilu, kif ukoll żieda ta’ tnejn fil-mija meta mqabbel mar-riżultati rekord tas-sena li għaddiet.

Awwissu, li hu meqjus bħala l-aktar xahar bieżel għas-settur turistiku, wera riżultati pożittivi ferm għall-kumpanija AirMalta, u dan mhux biss għaliex f’Awwissu huwa l-aktar popolari għas-safar, imma wkoll grazzi għal diversi miżuri li ttieħdu fl-istrutturar tal-kumpanija.Aqra aktar

Send this to a friend