Budget li joffri direzzjoni ġdida għas-settur turistiku f’pajjiżna

Il-budget għas-sena d-dieħla alloka s-somma ta’ €95 miljun għas-settur turistiku. Somma rekord li tiżboq b’għaxar miljun dik allokata għal din is-sena. Hekk stqarret il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli li spjegat kif il-budget għas-sena d-dieħla joffri influss ta’ €30 miljun oħra minn fondi li ġejjin mill-ħamsin miljun ewro f’vouchers li għal darba oħra ser ikun qed jagħti dan il-Gvern. Aqra aktar

Għawdex terġa’ tikklassifika mal-aqwa 100 destinazzjoni turistika dinjija

Għal darb’oħra, il-gżira ta’ tliet għoljiet ikklassifikat mal-aqwa mitt destinazzjoni sostenibbli turistika fid-dinja. Dan wara li d-Direttorat tat-Turiżmu u l-Iżvilupp Ekonomiku fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex tefa’ n-nomina għal dan il-premju.Aqra aktar

It-turiżmu u l-migrazzjoni ekonomika huma fost is-suġġetti diskussi waqt laqgħa bilateri bejn l-Awtoritajiet Maltin u Kumitat Ewropew

Il-kummerċ u t-turiżmu fid-dawl tal-Aġenda Globali għall-Iżvilupp Sostenibbli flimkien mal-modi ta’ kif l-Unjoni Ewropea tista’ tkun ta’ aktar sostenn biex tonqos il-migrazzjoni ekonomika partikolarment mill-Afrika, kienu fost is-suġġetti ta’ laqgħa bilaterali bejn delegazzjoni mill-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, mal-Kumitat Ewropew għall-Affarijiet Soċjali u Ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

BIL-FILMAT: 17-il ajruport li tista’ ttir lejhom minn Malta mill-1 ta’ Lulju

6 linji tal-ajru differenti ser ikunu qed joffru titjiriet diretti lejn 17-il ajruport f’disa’ pajjiżi u reġjuni, inklużi Sqallija, il-Ġermanja, l-Isvizzera u l-Lussemburgu, għall-perjodu bejn Lulju u Ottubru.

Ħabbar dan l-ajruport internazzjonali ta’ Malta fi stqarrija hekk kif spjega li bħalissa t-tim tal-iżvilupp tat-Traffiku flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qegħdin jaħdmu mill-qrib mal-linji tal-ajru sħab tal-ajruport sabiex jerġgħu jibdew jibnu l-konnettività ta’ Malta, hekk kif ir-restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġjar qed jiġu llaxkati.

Aqra aktar

Pajjiżna se jkollu titjiriet għal 19-il pajjiż

Pajjiżna mistenni jiftaħ it-titjiriet minn u lejn 19-il pajjiż.

Dan tħabbar mill-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli, il-Ħadd filgħaxija waqt programm fuq ix-xandir tal-istat.

Farrugia Portelli aċċennat li l-ajruport se jkun qed jinfetaħ fl-1 ta’ Lulju wara li l-Gvern tkellem mal-awtoritajiet tas-saħħa.

Qalet li dawn il-pajjiżi, li imbagħad jistgħu jiżdiedu, se jitħabbru fis-sigħat li ġejjin.

Spjegat li qed isir diversi xogħol anki fuq livell diplomatiku wara li qabel il-Gvern kien qed iħares lejn dawk imsejħa bħala “safe corridors” u li issa minn dakinhar, il-lista tal-pajjiżi żdiedet.

Waqt il-programm Insights, il-Ministru għat-Turiżmu qalet li fl-ajruport se jkunu qed jittieħdu l-prekawzjonijiet kemm fis-sala tat-tluq u anki tal-wasliet, fosthom fejn iċ-check-ins isiru b’mod virtwali, tinżamm id-distanza soċjali eżatt qabel tirkeb l-ajruplan u anki titieħed it-temperatura qabel ittir u anki mal-wasla.

Spjegat ukoll li fuq l-ajruplan se jintlibsu l-maskri.

Mistoqsija jekk hux se tinżamm kwarantina għal kull min jiġi f’Malta, il-Ministru Farrugia Portelli kienet ċara u qalet li dan ma jagħmilx sens għaliex stajna nħallu l-ajruport magħluq.

Send this to a friend