Pjan ċar għall-Air Malta sal-aħħar tax-xahar

Sal-aħħar ta’ dan ix-xahar mistenni jkun konkluż l-abbozz tal-business plan tal-Air Malta flimkien mas-sħab strateġiċi, jiġifieri l-Alitalia u l-Etihad Airways. Sostna dan il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis waqt il-laqgħa Gvern Li Jisma’ li saret l-Erbgħa filgħaxija f’Kastilja.

Il-Ministru Zammit Lewis qal li rridu nagħtu futur fit-tul lil-linja nazzjonali tal-ajru. Huwa tkellem dwar il-previżjonijiet rekord li mistennija jintlaħqu dan ix-xahar hekk kif f’Ġunju biss huwa stmat li ħa jkollna mal-200,000 turist. Saħaq li l-mira tal-Gvern hija li sa tmiem is-sena d-dieħla pajjiżna jmiss mal-figura ta’ żewġ miljun turist fis-sena.

Aqra aktar

Żieda kbira oħra fit-turiżmu

F’April reġa’ kien hemm żieda sostanzjali fit-turisti li żaru pajjiżna. Bi 8.1% fuq is-sena li għaddiet, it-turisti li ġew Malta f’April meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.

F’April ġew 166,252 turist. Total ta’ 137,061 turist żaru Malta saru għal skop ta’ vaganza, filwaqt li l-kumplament għamlu dan għal skop ta’ negozju. L-ikbar ammont ta’ turisti kellhom l-età ta’ bejn 25 u 44 sena. L-iljieli żdiedu b’7.4% meta mqabbel ma’ April 2015, biex ammontaw għal 1,095,753 lejl.

It-Tourism Police se jiġi estiż

Hekk kif riesaq l-eqqel tal-istaġun turistiku, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela ħabbar li numru ta’ pulizija għadhom kif temmew b’suċċess kors apposta fit-‘Tourisim Policing’.

Fi tweġiba parlamentari, il-Ministru Abela spjega li għaddejin l-aħħar preparamenti fuq il-proġett pilota b’rabta mat-‘Tourism Policing’  fiż-żoni ta’ San Ġiljan u Tas-Sliema.

Aqra aktar

‘Aħrab u mur Malta’ – parir tal-Wall Street Journal

Il-Knisja ta’ San Girgor, iż-Żejtun, il-Knejjes Barokki, Strickland, il-ħakkiema kollha li xi darba għaddew minn pajjiżna, l-effett tat-Tieni Gwerra …kollha sors ta’ faxxinu kbir għall-ġurnalist tal-Wall Street Journal, li f’artiklu dwar pajjiżna, provda dan il-parir:

Escape to Malta, a Place With a ‘Game of Thrones’ Past

It-titlu jirrifletti s-sejre li nġibdet f’Malta u għalhekk l-insdustrija tal-films li tant rat avvanzi f’dawn l-aħħar snin.

Aqra aktar

Mogħoż Kanadiżi fit-toroq Maltin!

Mogħoż fit-triq bl-Ingliż tiġi ‘goats on the road’. Dan huwa isem koppja famuża li flimkien telqu xogħolhom normali sabiex jivjaġġaw id-dinja. Huma Nick u Dariece, koppja Kanadiża, li jmexxu sit bl-isem ‘goats on the road’.

Mingħajr esperjenza ta’ xejn, Nick u Dariece illum jgħixu biss minn fuq l-ivjaġġar. Iduru d-dinja, jieħdu ritratti u vidjos li bihom jirrakkontaw l-esperjenzi tagħhom online. Is-suċċess tagħhom inkredibbli tant li ma jiddependu minn xejn aktar. Suċċess rikonoxxut minn Forbes, Lonely Planet, National Geographic, u Business Insider fost oħrajn.

Aqra aktar

Żieda inkredibbli fil-Maltin li siefru

Fl-ewwel kwart tas-sena żdiedu bi 33.2% il-Maltin li siefru.

Dan irriżulta minn stħarriġ tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika li qal kif fl-ewwel tliet xhur tas-sena kienu 103,463 il-Maltin li ħallew pajjiżna fuq btala.

Aqra aktar

Tal-Carnival jaslu Malta

L-ewwel cruise ship tal-grupp Carnival, bl-isem ‘Carnival Vista’ wasal Malta.

Madwar 80% tal-passiġġieri li jivjaġġaw ma’ din il-kumpanija huma Amerikani. Il-Ministru Edward Zammit Lewis, li kien hemm mal-wasla tal-vapur, qal li dan huwa fatt li ser jgħin biex Malta tiddiversifika s-suq turistiku.

Aqra aktar

Sajf kmieni fl-ajruport

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laqa’ 415,409 passiġġier f’April, li jfisser żieda ta’ 5.7% fuq is-sena ta’ qabel.

Din iż-żieda bdiet il-perjodu tas-sajf fuq nota tassew pożittiva. Iċ-ċifra rreġistrata għal April hija kumparabbli man-numru ta’ passiġġieri li għaddew mill-ajruport f’Awwissu 2011 (427,575 passiġġier), li kien l-aqwa xahar għal dik is-sena.

Aqra aktar

Send this to a friend