turiżmu – One News

Notifiki

It-turiżmu u l-migrazzjoni ekonomika huma fost is-suġġetti diskussi waqt laqgħa bilateri bejn l-Awtoritajiet Maltin u Kumitat Ewropew

Il-kummerċ u t-turiżmu fid-dawl tal-Aġenda Globali għall-Iżvilupp Sostenibbli flimkien mal-modi ta’ kif l-Unjoni Ewropea tista’ tkun ta’ aktar sostenn biex tonqos il-migrazzjoni ekonomika partikolarment mill-Afrika, kienu fost is-suġġetti ta’ laqgħa bilaterali bejn delegazzjoni mill-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, mal-Kumitat Ewropew għall-Affarijiet Soċjali u Ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

BIL-FILMAT: 17-il ajruport li tista’ ttir lejhom minn Malta mill-1 ta’ Lulju

6 linji tal-ajru differenti ser ikunu qed joffru titjiriet diretti lejn 17-il ajruport f’disa’ pajjiżi u reġjuni, inklużi Sqallija, il-Ġermanja, l-Isvizzera u l-Lussemburgu, għall-perjodu bejn Lulju u Ottubru.

Ħabbar dan l-ajruport internazzjonali ta’ Malta fi stqarrija hekk kif spjega li bħalissa t-tim tal-iżvilupp tat-Traffiku flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qegħdin jaħdmu mill-qrib mal-linji tal-ajru sħab tal-ajruport sabiex jerġgħu jibdew jibnu l-konnettività ta’ Malta, hekk kif ir-restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġjar qed jiġu llaxkati.

Aqra aktar

Pajjiżna se jkollu titjiriet għal 19-il pajjiż

Pajjiżna mistenni jiftaħ it-titjiriet minn u lejn 19-il pajjiż.

Dan tħabbar mill-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli, il-Ħadd filgħaxija waqt programm fuq ix-xandir tal-istat.

Farrugia Portelli aċċennat li l-ajruport se jkun qed jinfetaħ fl-1 ta’ Lulju wara li l-Gvern tkellem mal-awtoritajiet tas-saħħa.

Qalet li dawn il-pajjiżi, li imbagħad jistgħu jiżdiedu, se jitħabbru fis-sigħat li ġejjin.

Spjegat li qed isir diversi xogħol anki fuq livell diplomatiku wara li qabel il-Gvern kien qed iħares lejn dawk imsejħa bħala “safe corridors” u li issa minn dakinhar, il-lista tal-pajjiżi żdiedet.

Waqt il-programm Insights, il-Ministru għat-Turiżmu qalet li fl-ajruport se jkunu qed jittieħdu l-prekawzjonijiet kemm fis-sala tat-tluq u anki tal-wasliet, fosthom fejn iċ-check-ins isiru b’mod virtwali, tinżamm id-distanza soċjali eżatt qabel tirkeb l-ajruplan u anki titieħed it-temperatura qabel ittir u anki mal-wasla.

Spjegat ukoll li fuq l-ajruplan se jintlibsu l-maskri.

Mistoqsija jekk hux se tinżamm kwarantina għal kull min jiġi f’Malta, il-Ministru Farrugia Portelli kienet ċara u qalet li dan ma jagħmilx sens għaliex stajna nħallu l-ajruport magħluq.

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli enfasizzat l-importanza tal-protokolli li għandhom jimxu magħhom l-istabbilimenti

Fit-tieni Laqgħa Virtwali Ministerjali tal-Presidenza Kroata tal-Unjoni Ewropea, il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli esprimiet il-pożizzjoni ta’ Malta fuq it-turiżmu dwar il-bżonn li jkun hemm protokolli ċari kif qed isir f’pajjiżna fuq numru ta’ stabbilimenti. Aqra aktar

L-eks kap eżekuttiv tal-MTA jgħid li ma sar xejn bil-ħabi fil-kuntratt tal-Vistajet

L-eks Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Paul Bugeja rrimarka kemm il-kuntratt li sar mal-kumpanija globali fis-settur tal-avjazzjoni Vistajet kien wieħed li minnu pajjiżna kattar il-ġid fis-settur turistiku. Aqra aktar

Pajjiżna huwa destinazzjoni sigura u min se jimxi mal-protokolli se jkun ċertifikat

Hekk kif minn nhar il-Ġimgħa li ġej se terġa’ tibda ddur ir-rota għas-sidien tar-ristoranti u l-lukandiera, f’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli saħqet li pajjiżna huwa destinazzjoni sigura. Aqra aktar

Send this to a friend