turisti – One News

Notifiki

L-ammont ta’ bookings minn turisti mir-Renju Unit diġà qiegħed fl-istess livelli tas-sena li għaddiet

L-ammont ta’ bookings minn turisti mir-Renju Unit diġà qiegħed fl-istess livelli tas-sena li għaddiet.

Żvelat dan il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli meta kienet intervistata fil-breakfast show tal-BBC fir-Renju Unit. Aqra aktar

BIL-FILMAT: Żieda ta’ 8% fin-numru ta’ nies li qagħdu f’lukandi

In-numru ta’ turisti li qagħdu f’lukandi fl-aħħar tliet xhur tas-sena oħra żdied bi tmienja fil-mija meta mqabbel mar-raba’ kwart tal-elfejn u tmintax.

Dan ħareġ minn ċifri ppubblikati mill–uffiċċju nazzjonali tal-istatistika meta spjega li bejn Ottubru u Diċembru li għadda, in-numru ta’ persuni li qagħdu f’lukandi laħħaq kważi l-erba’ mija u sitta u tmenin elf ruħ.

Meta mqabbel fuq medda ta’ sena sħiħa, fl-elfejn u dsatax l-ammont ta’ turisti li qagħdu f’lukandi qabeż iż-żewġ miljun ruħ li fisser żieda ta’ tnejn fil-mija fuq is-sena ta’ qabel.

In-numru ta’ ljieli li qattgħu l-persuni f’lukandi bejn Ottubru u Diċembru li għadda laħħaq iż-żewġ miljun u mitejn elf, li jfisser tnejn fil-mija iktar minn Ottubru Diċembru ta’ sentejn ilu.

L-NSO qal li l-aktar iljieli li tqattgħu min-nies kienu f’lukanda ta’ erba’ stilel.

Fil-fatt kważi nofs in-numru ta’ persuni li qagħdu f’lukandi fl-aħħar tliet xhur tas-sena kienu f’lukanda ta’ erba’ stilel.

Fir-raba’ kwart tas-sena l-oħra qagħdu f’lukandi f’Għawdex ftit aktar minn wieħed u għoxrin elf persuna li jfisser żieda ta’ kważi ħamsa fil-mija.

In-numru medju ta’ iljieli li tqattgħu f’lukandi f’Għawdex kien ta’ tliet iljieli filwaqt li f’Malta dan ta’ erbgħa punt sitta.

Madwar il-pajjiż, l-NSO rraporta li fl-aħħar kwart tas-sena l-oħra kien hawn mitejn u ħdax-il lukanda tilqa’ lin-nies, bi kważi tmintax-il elf u ħames mitt kamra tas-sodda u ftit aktar minn tnejn u erbgħin elf sodda.

Għażlu lil Malta anke fix-xitwa


Hekk kif sa ftit tas-snin ilu l-istaġun turistiku ta’ pajjiżna kien jibda jmajna mat-tmiem ta’ Settembru bħalissa l-ammont ta’ turisti li qed jiġi f’pajjiżna baqa’ dejjem jiżdied. Aqra aktar

Send this to a friend