trump – Page 6 – One News

Notifiki

Appell lill-Microsoft biex twaqqaf ħidma mal-US Border Patrol

Ittra miftuħa ffirmata minn iktar minn mitt impjegat ta’ Microsoft appellaw lill-kumpanija biex twaqqaf ix-xogħol tagħha mal-US Border Patrol.
L-appell sar hekk kif l-amministrazzjoni ta’ Trump qed tesperjenza ħafna kritika fuq is-separazzjoni tat-tfal minn mal-familji fil-frunitera mal-Messiku. L-ittra, li tpoġġiet fuq is-sistema interna u kienet ippublikata fin-New York Times, tgħid li l-impjegat qed jirrifjutaw li jkunu kompliċi. Microsoft qalet li t-teknoloġija tagħha ma kinitx qed tintuża għal proġetti relatati mas-separazzjoni tat-tfal minn mal-familji fil-fruntiera. Fi stqarrija ppublikata qabel ma tfaċċat l-ittra tal-ħaddiema, il-kumpanija qalet li tinsab iddispjaċuta b’dak li qed iseħħ, hekk kif l-għaqda tal-familja kienet prinċipju fundamentali tal-politika u l-liġi Amerikana sa minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija. Madanakollu, Microsoft għandha kuntratt ta’ iktar minn dsatax-il miljun dollaru Amerikan mal-Aġenzija Amerikana tal-Immigrazzjoni, Dwana u Infurzar.

 

ARA: Il-Prim Ministru Kanadiż jgħid li Trump kien insulenti

Is-summit tal-G7 spiċċa bil-President tal-Istati Uniti, Donald Trump irtira lura l-approvazzjoni tiegħu tad-dikjarazzjoni konġunta.

Huwa akkuża lill-Prim Ministru tal-Kanada, Justin Trudeau li aġixxa b’mod leġġer waqt il-laqgħat.

Is-summit kien iddominat minn nuqqas ta’ qbil, partikolarment fuq in-negozju.

Trudeau ddeskriva bħala insulenti, d-deċiżjoni ta’ Trump biex jinvoka s-sigurtà nazzjonali biex jiġġustifika t-tariffi.

Mossa ta’ rieda tajba – tliet ċittadini tal-Istati Uniti jinħelsu mill-Korea Ta’ Fuq

Il-Korea ta’ fuq ħelset tliet ċittadini tal-Istati Uniti mill-ħabs.

Dan kien żvelat minn tweet tal-President tal-Istati Uniti, Donald Trump.

Il-mossa qed titqies bħala ġest ta’ rieda tajba qabel is-summit storiku bejn Trump u l-mexxej tal-Korea ta’ fuq, Kim Jong-un.

Trump qal li se jkun qed jawgura lit-tliet irġiel meta jaslu lura mas-segretarju tal-istat, Mike Pompeo, li kien fi Pyongyang biex jirranġa d-diskussjonijiet pjanati.

Kim Hak-song, Tony Kim and Kim Dong-chul kienu weħlu l-ħabs wara attivitajiet kontra l-istat.

Send this to a friend