trump – Page 4 – One News

Aġġornat: Cohen jgħid li Trump ta struzzjonijiet biex jinkisru regoli finanzjarji fil-kampanja elettorali

L-eks Avukat ta’ Donald Trump, Michael Cohen, wieġeb ħati għal ksur tal-liġijiet ta’ finanzjament ta’ kampanji elettorali. Dan b’referenza għal ħlas ta’ flus lill-allegat maħbubin li kellu Trump, sabiex dawn ma jitkellmux dwar dak li kien seħħ.

Fl-ammissjoni tiegħu Cohen ammetta li l-ordni ġiet taħt id-direzzjoni ta’ kandidat, li hu mifhum mhu ħadd ħlief l-illum President Amerikan Donald Trump.

Minn naħa tiegħu, qabel rally f’West Virginia, Trump injora mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar dan il-każ.Aqra aktar

Atturi u kantanti kontra Trump

Grupp ta’ atturi minn Broadway, inkluż il-kantanta Rosie O’Donnell, inagħqdu f’Lafayette Park f’Washington il-bieraħ fi protesta ta’ mużika kontra l-President Amerikan Donald Trump. Dan bħala parti minn #KremlinAnnex, serja ta’ protesti kontra Trump li bdew fis-16 ta’ Lulju bħala tweġiba għal-laqgħa mal-President Russu Vladimir Putin.Aqra aktar

Trump lest jiltaqa’ mal-President tal-Iran wara battibekk fuq Twitter

“Lest niltaqa’ ma kulħadd, nemmen f’laqgħat ta’ dan it-tip”, saħaq il-President Amerikan Donald Trump waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-White House iktar kmieni din il-ġimgħa meta mistoqsi hux lest jiltaqa’ mal-President tal-Iran Hassan Rouhani. Dan wara li dan ix-xagħar stess, Trump ħareġ fuq Twitter jattakka lill-Iran jekk ‘terġa’ thedded lill-Istati Uniti’. Aqra aktar

Trump jaffaċċja kritika għax iddefenda lir-Russja

Il-President Amerikan Donald Trump qed jaffaċċja baraxx ta’ kritika fl-Istati Uniti, wara li ddefenda lir-Russja dwar akkużi t’indħil fl-elezzjoni Presidenzjali tal-elfejn u sittax.

Waqt summit mal-President Russu Vladimir Putin fil-kapitali Fillandiża Helsinki, Trump ikkontradixxa aġenziji Amerikani meta qal li r-Russja ma kellha l-ebda raġuni biex tagħmel dak li qed tkun akkużata bih.

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Repubblikani fil-Kungress qal li Trump għandu jara li r-Russja mhix alleat tal-Istati Uniti.

Aqra aktar

“Ħu ħsieb l-alleati tiegħek”- Tusk lil Trump

Il-President Amerikan Donald Trump mistenni jiltaqa’ ma’ mexxejja tan-NATO għal Summit fi Brussell fil-jiem li ġejjin, minkejja li fl-aħħar jiem ħareġ jattakka l-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u l-mexxejja tan-NATO, minħabba li, fil-fehema tiegħu, ma nefqux biżżejjed flus fid-difiża tal-pajjiżi.

Aqra aktar

Send this to a friend