trump – Page 2 – One News

L-Amministrazzjoni Trump ma titħalliex tistaqsi min hu verament ċittadin Amerikan fiċ-ċensiment tagħha

Il-Qorti Suprema ta’ l-Amerika ġiegħlet lill-Amministrazzjoni Trump biex tneħħi mistoqsija miċ-ċensiment tal-2020 li qajmet kontroversja,deċiżjoni li tfisser rebħa kbira għall-gruppi favur id-drittijiet ċivili. Il-Qorti annulat il-mistoqsija li tistaqsi lill-persuni li jgħixu l-Amerika jekk humiex ċittadini tal-Istati Uniti. Il-Gvern Amerikan iddefenda l-mistoqsija u qal li kienet se saħħaħ il-protezzjoni tal-votanti fil-minoranza.Aqra aktar

Trump iniedi l-kampanja tiegħu għall-Elezzjoni Presidenzjali tal-2020

Il-President Amerikan Donald Trump nieda b’mod uffiċċjali l-kampanja elettorali tiegħu għall-Presidenza tal-Istati Uniti bit-tema ‘keep this team in place’.

Huwa nieda l-kampanja tiegħu waqt rally fl-Istat Amerikan ta’ Florida, li għaliha attendew eluf ta’ partitarji Repubblikani. Hawnhekk huwa nfexx f’attakki kontra l-avversarju Demokratiċi tiegħu, li saħansitra akkużahom li pruvaw jiżirgħu il-firda fil-pajjiż.

“Inwegħdkom li mhu se niddiżappuntakom qatt”, qal Donald Trump, li f’eku tal-kampanja tiegħu għall-elezzjoni tal-2016, reġa’ wiegħed lill-elettorat li se jibqa’ jittrasforma l-Amerika f’pajjiż aħjar.

Trump jordna ‘300 Big Mac’ biex jitma’ lill-ħaddiema tal-White House

Il-President Amerikan Donald Trump ma kellux għażla oħra ħlief li jordna 300 Big Mac u ikel moqli ieħor minħabba x-shutdown parzjali tal-Gvern Amerikan, li wassal ukoll għal nuqqas ta’ kokijiet fil-White House.

Huwa qal mal-ġurnalisti li ħallas għall-ikel kollu hu biex ikun jista’ jitma’ lil dawk il-ħaddiema tal-Gvern li qed jibqgħu jidħlu xogħol, u fuq kollox, biex jiekol hu!

Dan huwa l-itwal shutdown tal-Gvern Amerikan fl-istorja, li s’issa affettwa mat-800,000 ħaddiem tas-settur pubbliku, inkluż ħaddiema residenti l-White House.

Dawn il-ħaddiema ngħataw l-hekk imsejjaħ mandatory leave jew ma jitħallsux tax-xogħol li jagħmlu għal 24 jum.

Jista’ jkun hemm summit ieħor bejn Trump u Kim

Il-midja tal-istat qalet li wara ż-żjara sorpriża fiċ-Ċina, il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un telaq bl-appoġġ tal-possibilità ta’ tieni summit mal-President tal-Istati Uniti Donald Trump. Trump u Kim iltaqgħu f’Ġunju li għadda, iżda l-progress fuq id-denuklearizzazzjoni waqaf.

L-aġenzija tal-aħabrijiet Xinhua qalet li l-President Ċiniż Xi Jinping qal li qed jittama li ż-żewġ mexxejja jiltaqgħu nofs triq.

Iċ-Ċina hija l-ikbar alleat tal-Korea ta’ Fuq u msieħeb kruċjali fin-negozju.

Trump jaqbad u joħroġ minn laqgħa wara li ma kisibx l-appoġġ li xtaq

Il-President Amerikan Donald Trump ħareġ minn laqgħa mal-mexxejja Demokratiċi fid-19-il jum tax-shutdown tal-Gvern Amerikan. Jidher li Trumo waqqaf id-diskussjonijiet wara li Nancy Pelosi u Chuck Schumer baqgħu jinsistu li mhux se jagħtu appoġġ finanzjarju lill-famuż ħajt li jrid jibni bejn l-Istati Uniti u l-Messiku.

Għal Trump, din il-laqgħa kienet għalhekk ‘ħela ta’ ħin’, u saħansitar ħareġ jattakkawhom anke fuq Twitter, fejn nissel biss il-kliem ‘bye-bye’.

L-Istati Uniti trid twaqqaf ix-shutdown tal-Gvern- Donald Trump mistenni jopponi

Il-kamra tar-rappreżentanti tal-Istati Uniti kkontrollata mid-Demokratiċi vvutat biex twaqqaf ix-shutdown parzjali tal-gvern. Mossa li tidher waħda li fiċ-ċert, kienet se tkun miċħuda minn Donald Trump.

Huwa qal li ma kienx se jaċċetta l-ebda miżura li ma tipprovdix fondi għall-proposta tiegħu ta’ ħajt fil-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku.

L-ispeaker il-ġdid, Nancy Pelosi qal li mhu se jkun hem l-ebda fondi aċċessibbli għall-ħajt.

Send this to a friend