trump – Page 16 – One News

Notifiki

L-ewwel diskors ta’ Trump

“Sorry to keep you waiting, complicated business!”

Hekk beda d-diskors tiegħu Donald Trump. Qal li għadu kemm irċieva telefonata minn Clinton, li kkongratulat lil Trump. Minn naħa tiegħu huwa tagħha l-prosit talli ħadmet b’ħafna ħila.

“Now it’s time for America to bind the wounds of division” qal Trump, filwaqt li talab lil kulħadd jingħaqad.

Qal li issa jixtieq jaħdem ma min ma wrieħx appoġġ, għax din ma kinitx kampanja imma moviment magħmul minn miljuni li jħobbu lil pajjiżhom u jridu futur aħjar.

Aqra aktar

Min se jikseb il-maġġoranza tal-eletturi?

L-elezzjoni Presidenzjali tintrebaħ minn min jirnexxielu jikseb il-maġġoranza tal-eletturi li formalment jaħtru l-President meta jitlaqqa’ l-Kulleġġ tal-Eletturi. L-istorja uriet li fl-aħħar ħames elezzjonijiet li saru, Florida dejjem għażlet il-kandidat li mbagħad sab ruħu fil-White House.

U għalhekk il-kampanji rispettivi użaw ħafna mir-riżorsi tagħhom fuq dan l-istat li flimkien ma’ swing states oħra mistennija jiddeċiedu fejn se tmur l-elezzjoni.

Aqra aktar

Il-poplu Amerikan jivvota

Intemmet il-kampanja Presidenzjali Amerikana u l-poplu tal-Istati Uniti qiegħed jivvota għal min se jkun il-ħamsa u erbgħin President tal-Istati Uniti.

Il-kandidati ewlenin – Hillary Clinton u Donald Trump – baqgħu jikkampanjaw saħansitra sa wara t-tokki ta’ nofsillejl tat-Tlieta filgħodu, b’rallies finali f’North Carolina u Pennsylvania. B’numru ta’ kelliema, mużika u ċelebrazzjonijiet.

Bla dubju spikka l-appoġġ tal-President attwali Barack Obama għall-kandidat Demokratiku Hillary Clinton, u kontra l-avversarju ewlieni – Donald Trump.

Aqra aktar

ELEZZJONI US: It-tiġrija sal-Barkun

L-aħħar botti u risposti fil-kampanja għall-elezzjoni Presidenzjali Amerikana, qabel għada, il-poplu Amerikan jiddeċiedi min għandu jkun is-suċċessur ta’ Barack Obama: jekk hux Hillary Clinton jew Donald Trump.
Aqra aktar

Donald Trump jitniżżel minn fuq il-palk f’ħakka t’għajn mis-servizzi sigrieti

Il-kandidat għall-elezzjoni presidenzjali Donald Trump tniżżel minn fuq il-palk f’mossa ħesrem mis-servizzi sigrieti waqt rally f’Nevada.

Dan seħħ wara li xi ħadd għajjat il-kelma “gun” waqt ġlieda li qamet meta xi ħadd tella’ tabbella bil-kliem “Repubblikani kontra Trump”.

Wara ftit Trump reġa’ tela’ fuq il-palk, ikompli jagħmel l-aħħar argumenti mal-elettorat Amerikan li fi ftit sigħat oħra jiddeċiedi bejnu u bejn Hillary Clinton.

Aqra aktar

Min bully u min korrott

Il-kandidata f’isem id-demokratiċi fl-elezzjoni presidenzjali Amerikana, Hillary Clinton, sejħet lir-rivali tagħha Donald Trump “bully” talli jikkritika lin-nisa fuq id-dehra tagħhom. Qalet li Trump għandu tletin sena passat ta’ tgħajjijr, insulti, kliem disperġjattiv u attakki fuq nisa.

Trump, minn band’oħra, qal li Clinton hija korrotta u li jekk tkun hi president, tirrovina s-sistema tas-saħħa Amerikana darba għal dejjem.

L-aħħar stħarriġ dwar opinjoni pubblika wera li d-distakk bejn Clinton u Trump dejjem qed jonqos, ftit jiem biss qabel il-poplu Amerikan jivvota.

Send this to a friend