Notifiki

Avviż dwar Triq Reġjonali f’Santa Venera

Il-pubbliku huwa nfurmat li fit-Triq Reġjonali f’Santa Venera, direzzjoni lejn il-Kappara hemm żewġ trakkijiet li qegħdin weqfin għal xi raġuni jew oħra.

Il-pulizija appellat biex jintużaw Toroq alternattivi.

 

Parti minn Triq Reġjonali tingħalaq għal sagħtejn

 

Illejla wara l-22.00, Triq Mikiel Anton Vassalli, mill-mini ta’ Triq Reġjonali sar-roundabout tal-Kappara  u s-sliproad ħdejn l-iskatepark direzzjoni lejn Paceville, ser ikunu magħluqa għat-traffiku għal madwar sagħtejn sakemm isir xi xogħol bil-krejn.

Waqt li t-toroq ikunu magħluqa, it-traffiku ser jgħaddi mill-bypass ta’ Birkirkara. Is-sewwieqa huma mitluba jsuqu bil-galbu u jsegwu l-istruzzjonijiet mill-uffiċjali fuq il-post.

Send this to a friend