trasport – Page 7 – One News

Notifiki

Addio traffiku – Iċ-Ċiniżi sabu soluzzjoni!

F’Mejju konna smajna dwar il-mudell innovattiv ta’ trasport pubbliku ‘Transit Elevated Bus’ (TEB), li mhux kulħadd kien emmen li seta’ jsir – iżda din l-istruttura nbidlet f’realtá hekk kif bdiet l-ewwel prova tagħha f’ Qinhuangdao, Hebe. Il-passiġieri jitpoġġew bilqiegħa f’kompartament li jgħaddi minn fuq vetturi oħra. Dan it-tip ta’ mudell għandu l-għan li jutilizza aħjar it-triq.

Aqra aktar

Il-vjaġġ tiegħek kemm jiġik?

Issa tista’ tkejjel kemm infaqt fuel u kemm tfajt diossidju tal-karbonju fl-arja meta tivjaġġa bil-karozza.

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret din l-għodda ġdida li żviluppat hi stess, biex tgħin ċittadini jirrealizzaw kemm qed iniġġżu.

Provajna nikkalokolaw fiex isarraf vjaġġ mill-Belt Valletta għall-Mellieħa. Wara li għażilna t-tip ta’ karozza u t-tip ta’ fuel (unleaded). Ir-riżultati jidhru hawn.

Aqra aktar

Se jkollna ċentru loġistiku f’Ħal Far

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li kien identifikat post f’Ħal Far biex isir ċentru loġistiku (logistics hub). Dan huwa post fejn l-attività kollha marbuta ma’ trasport, loġistika u distribuzzjoni ta’ merkanzija, kemm għal skop nazzjonali u anke internazzjonali issir minn operaturi diversi. Ħal Far huwa meqjus ideali peress li qrib il-Port Ħieles, li l-Prim Ministru indika li huwa diffiċli li jingħata iktar art .   Dan il-hub li se jkun kbir minimu ta’ nofs miljun cubic metre  u se jsir permezz ta’ ftehim mas-settur privat.

Aqra aktar

32,461 persuna ħadu flushom lura f’sentejn

 Fis-sena 2014 kien hemm 29,126 persuna li ħadu pagament ta’ €110 jew ta’ €55 bħala rifużjoni ta’ VAT fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi. L-ammont totali li ingħata lura fi flus s’issa kien ta’ €3,274,480.00 fis-sena 2014.
Fis-sena 2015 kien hemm 3,336 persuna li ħadu l-ħlas kollu dovut bħala rifużjoni ta’ VAT fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi reġistrati bejn l-1 ta’ Mejju u l-aħħar ta’ Diċembru 2004. Dawn ingħataw l-ammont ta’ €2,315,847.57. Dan ħareġ fi tweġiba Parlamentari tal-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi. Aqra aktar

Jitħarbat il-pjan ta’ Marthese u jkollha taqta’ fil-qasir

L-aħbar imxandra b’mod esklussiv minn ONE NEWS b’rabta mad-dokument tal-Partit Nazzjonalista għall-immaniġjar tat-traffiku ħarbtet għal kollox il-pjan tal-Partit Nazzjonalista.

Tant li b’differenza mis-soltu d-dokument mhux se jkun spjegat f’konferenza tal-aħbarijiet lill-ġurnalisti. Id-dokument li fih 30 paġna kien skedat għall-pubblikazzjoni għada f’konferenza tal-aħbarijiet.

Biex imbagħad il-Ħadd ikun il-punt ewlieni ta’ Simon Busuttil fid-diskors tiegħu. Il-fatt li d-dokument żvelajnih aħna wassal biex fid-Dar Ċentrali ttieħdet id-deċiżjoni li Marthese Portelli titkellem dwar u tippreżentah fil-Kunsill Ġenerali li għaddej bħalissa fid-Dar Ċentrali.

Aqra aktar

Rapport li jwiegħed rapport

Wara seba’ xhur ta’ stennija one.com.mt qed jiżvela il-pjan short-term ta’ Marthese Portelli u Simon Busuttil għall-immaniġġjar tat-traffiku.

Dan id-dokument nistgħu niżvelawh grazzi għal leak intern mid-Dar Ċentrali.

Il-wiegħda ewlenija fid-dokuemnt “Reducing Traffic Congestion” hi li l-Partit Nazzjonalista se jħejji pjan, jekk ikun fil-Gvern.

Din hi l-aktar wiegħda b’saħħitha li l-kap saħansitra jimmarka fil-messaġġ tiegħu fl-istess dokument. Però dan il-pjan diġà qed jitħejja mill-Gvern preżenti, peress li din is-sena jintemmu deadlines imposti mill-Unjoni Ewropea, u pajjiżna ma jistax jistenna.

Il-kumplament tar-rapport jirreferi għal statistiċi dwar x’hawn fit-toroq Maltin. L-ammont ta’ proposti huwa limitat u jinkludu proposti li jew qed iseħħu, jew seħħew diġà.
Fosthom il-miżura li tinċentiva l-użu tal-muturi. Miżura oħra li tissemma u li diġa’ għaddeja konsultazzjoni dwarha hija dik dwar il-ħinijiet li fihom jinġabar l-iskart.

Mistennija wkoll terga’ tissemma l-proposta li Simon Busttil jirrepeti kull darba, dik li t-tfal kollha jużaw trasport tal-iskola b’xejn. Madanakollu, minkejja li għaddew seba’ xhur, l-imkejjen tagħna żvelaw li l-Partit Nazzjonalista lanqas biss wasal  biex jagħmel analiżi ta’ kemm jisewew il-proposti tagħhom, anke jekk dawn issemmew fir-risposta għal baġit f’Novembru li għadda.

Iktar dettalji llejla fil-bulettin ewlieni tal-aħbarijiet tal-llejla fis-19:30.

Send this to a friend