Il-Prim Minsitru u mexxej Laburista Joseph Muscat flimkien mal-Ministru responsabbli mit-Trasport Joe Mizzi, il-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarju Ian Borg indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet fejn tkellmu dwar ir-riforma fit-traport pubbliku.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan huwa parti minn pjan komprensiv u costed, anke fid-dawl tal-ikbar proġett infrastutturali li qatt ħa jkun sar f’pajjiżna, li permzz tiegħu t-toroq kollha jsiru fuq medda ta’ seba’ snin.
Il-Ministru Mizzi qal li din l-amministrazzjoni introduċiet 24 rotta ġdida. Inbidlu 43 rotta eżistenti biex aktar żoni jintlaħqu mit-trasport pubbliku. Żdiedu 80 bus stop għal total ta’ 2,000 bus stop u sar investiment fi 380 karozza tal-linja ġdida. Saru kampanji biex jitħajru n-nies jużaw it-trasport pubbliku. Dan minbarra li daħlet t-tallinja card u ġiet żviluppata real time app.