trasport – Page 3 – One News

Notifiki

Bil-Filmat: Monitoraġġ lil kull student fuq is-servizz ta’ trasport b’xejn għall-istudenti kollha

L-aħħar miżura imħabbra minn Gvern Laburista, dik li se tara li t-trasport tal-iskejjel isir b’xejn mhux biss għall-iskejjel tal-Istat, iżda wkoll għal dawk tal-Knisja u dawk Indipendenti, se tinkludi fiha sistema ta’ moniteraġġ mill-ġenituri.

Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarjiet mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Frank Fabri, li spjega kif it-tfal se jkollhom ċippa mal-basket, u li tibgħat messaġġ lill-ġenituri meta u x’ħin it-tfal jidħlu, jew joħorġu mill-vann.

“Ma’ kull basket tal-iskola se nkunu qed inwaħħlu apparat żgħira ħafna li fiha jkun hemm ftit informazzjoni dwar l-istudent, bħall-isem u l-indirizz. Meta imbagħad it-tifel jidħol fil-vann, is-sistema tibgħat messaġġ awtomatiku lill-ġenituri, b’app b’xejn li jistgħu iniżżlu, u b’hekk ikollhom moħħhom mistrieħ.”Aqra aktar

5.2 miljun persuna użaw tal-linja f’Awwissu

5.2 miljun persuna użaw it-trasport pubbliku tul Awwissu li għadda, żieda ta’ 11% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddied. Fl-istess xahar kien hemm żieda ta’ 12.6% ta’ tal-linja cards minn persuni li jużaw tal-linja ta’ sikwit.Aqra aktar

Inqas inċidenti tat-traffiku fit-toroq Maltin fl-2016

Fl-2016, kien hemm 3.1% inqas inċidenti tat-traffiku meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. 38.1% minn dawn seħħew fit-Tramuntana tal-pajjiż. Fost persuni li sofrew ġrieħi minħabba inċidenti tat-traffiku, kien hemm 11-il sewwieq, 3 passiġġieri, 8 persuni li kienu mixjin fit-triq, u ċiklist li tilef ħajtu.

F’din is-sena, mat-33 karozza ġdida kuljum bdew jinstaqu fit-toroq Maltin. Aqra aktar

Ix-Xogħol fuq il-Bypass tal-Mellieħa wasal fl-aħħar

Ix-Xogħol fuq il-Bypass il-ġdid tal-Mellieħa wasal fl-aħħar, u skont kif pjanat mill-Gvern, se jkun lest fi żmien xahrejn.

 

Dan qalu il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg fuq Facebook, fejn spjega li  l-pedamenti ġodda tat-triq, central strip ġdida, u l-ewwel saffi ta’ asfalt tlestew.

Fl-aħħar jiem sar ukoll xogħol ta’ tiswijiet u kisi mill-ġdid ta’ partijiet sostanzjali mir-rotta bejn ix-Xemxija u l-Mellieħa. Fost oħrajn, inbena mill-ġdid parti mill-pont tal-Mistra u ingħata wiċċ ħdid lit-Telgħa ta’ Selmun.

Il-Ministru Borg ikkonferma wkoll li llum se jkun qed jitqiegħed l-aħħar saff ta’ asfalt tat-triq u tas-cycle lane.

 

 

 

 

Trasport u Servizzi Speċjali waqt iċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Valletta 18

Fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjonijiet għal Valletta 18 nhar is-Sibt 20 ta’ Jannar 2018, ser jiġu provduti servizzi speċjali tat-trasport u arranġamenti oħra sabiex il-pubbliku ikun jista’ jivvjaġġa minn u lejn il-Belt b’mod aktar faċli.

Trasport Pubbliku

Minħabba ċ-ċelebrazzjonijiet fil-Pjazza tat-Tritoni, il-venda tal-karozzi tal-linja fil-Belt mhux ser tilqa’ karozzi tal-linja mill-4.30 ta’ waranofsinhar sa kmieni filgħodu. Għalhekk, minn dan il-ħin, il-passiġġieri li deħlin il-Belt b’tal-linja, ser jieqfu fi Triq Sarria il-Furjana. Minn ħiereġ mill-Belt lejn destinazzjonijiet oħra, il-karozza tal-linja ser jaqbadha mill-bus stops eżistenti taħt il-loġoġ fi Triq Sant’Anna il-Furjana.

Is-Servizz Speċjali mill-Belt lejn destinazzjonijiet oħra ser jiġi provdut sas-2.00 ta’ filgħodu tal-Ħadd 21 ta’ Jannar.

Aqra aktar

Il-PN biegħu s-sigurtà tat-tfal tal-iskola

  • Biex iraħħsu l-prezz neħħew l-obbligu li kull vettura jkollha ċ-ċintorini tas-sigurtà għall-passiġġieri kollha
  • Proċess tax-xiri beda xahar qabel bdiet l-iskola
  • Dgħufija tal-Ministeru waslet għal telf sinifikanti fil-valur tas-servizz
  • Addottaw mezz aktar mgħaġġel u anqas kompettitiv fl-għażla tat-tender

Il-kuntratt li sar fl-2011 għas-servizz tat-trasport tal-iskejjel bejn Gvern Nazzjonalista u ħames operaturi tat-trasport ġie kkritikat mill-Awditur Ġenerali dan minħabba nuqqas ta’ governanza tajba.

Fil-fatt, ir-rapport jinnota li biex amministrazzjoni preċedenti tnaqqas il-prezz li kien rikjest oriġinarjament mill-kuntratturi saħansitra tneħħa l-obbligu li kull vettura tkun mgħammra b’ċintorini tas-sigurtà għall-passiġġieri kollha. L-Awditur qal li “dan kien sproporzjonat meta mqabbel mat-tnaqqis marġinali fil-prezz kollettiv ta’ 4%.”

Aqra aktar

Send this to a friend