Il-gvern reġa’ ġedded u introduċa numru ta’ skemi finanzjarji li kif kienu imwiegħda fil-budget se jinċentivaw il-qalba fil-kultura tat-trasport għal waħda iżjed sostenibbli.
Permezz ta’ skema ġdida li għaliha l-gvern se jalloka €100,000, se tingħata għotja ta’ €800 meta jsir upgrade fil-vettura minn livelli ta’ emissjonijiet b’Euro standards baxxi (€3 jew inqas) għal €5. Il-konverżjoni hija msejħa Dual Diesel Fuel (DDF) li tuża kemm diesel u petrol fl-istess ħin.
Wara li s-sena l-oħra il-gvern investa kwazi €2 miljun favur scrappage ta’ karozzi li jniġġsu l-arja u x-xiri ta’ vettura li tniġġes inqas, din is-sena l-gvern qed jalloka €1.5 miljun . Għal din l-iskema huma eliġibbli vetturi ġodda tal-kategorija M1 jew Hybrid M1. Hawnhekk l-għotja tvarja minn waħda ta’ €800 għal €2,000.Aqra aktar