transgender – One News

Notifiki

Illum qed tgħix bħala persuna li dejjem ħasset li hi

“Ta’ dsatax-il sena għamilt wegħda miegħi nnifsi biex nuri minn dejjem dak li ħassejt jien.”

Dan huwa kliem Mileena Farrugia, persuna li sa minn ċkunitha kellha taħbi l-identità tagħha.Aqra aktar

“Għandi dritt ta’ familja, irrid inkun kuntenta”

Meta kont inħares lejn il-mera kont nobgħod dak li nara, iżda maż-żmien irrealizzajt li rrid u għandi nagħmel xi ħaġa għax jien kont mara. Hekk qaltilna Amanda Cossai żagħżugħa ta’ 27 sena, li twieldet raġel iżda li qatt ma ħassitha maskili. Amanda hija mara żagħżugħa mimlija enerġija u llum qiegħda fl-aħħar fażi tal-istudji tagħha biex finalment tiggradwa bħala għalliema. Aqra aktar

Aktar servizzi għal persuni transgender

Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li fl-aħħar jiem ġie ppubblikat avviż legali li se jkun l-ewwel pass għal aktar servizzi tas-saħħa b’xejn għal persuni transgender.

Id-Deputat Prim Ministru qal dan waqt li kien qed jindirizza seminar organizzat mill-MUMN bit-titlu ‘Looking at health through the gender kaleidoscope’.

L-avviż legali ppubblikat Avviż Legali 44 tal-2018 qed jemenda l-ħames skeda li tinsab mal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali. Permezz ta’ dan l-avviż legali, persuni transgender se jkunu intitolati għal terapiji relatati mal-identità tal-ġeneru mingħajr ħlas.

Fil-fatt, permezz ta’ dan l-avviż legali, iddaħħlet fl-iskema ħamsa, (kartuna s-safra), il-kundizzjonijiet relatati mal-identità tal-ġeneru u mal-karatteristiċi tas-sess.

“Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed inniedu dokument dwar servizzi għal kundizzjonijiet relatati mal-identità tal-ġeneru u mal-karatteristiċi tas-sess. Dan il-pjan li se nkunu qed nippubblikawh għal konsultazzjoni pubblika se jkun qed jiffaċilita l-aċċess għat-trattamenti għal persuni transgender”, qal id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

UNJONI ĊIVILI: TLIET SNIN TA’ EŻEMPJU GĦAL PAJJIŻI OĦRA

Bħal lum tliet snin ġie approvat it-tielet qari ta’ liġi li bidlet il-ħajja ta’ bosta nies – il-liġi tal-Unjoni Ċivili.

Dwar dan one.com.mt tkellem ma’ Cyrus Engerer li kien wieħed mill-attivisti li stinka ħafna biex din il-liġi tidħol fis-seħħ. Huwa stqarr magħna li permezz tal-liġijiet li daħħal il-Gvern fl-aħħar erba’ snin irnexxielna nneħħu ħafna mill-istigma li kienet teżisti fil-konfront tal-komunità LGBTIQ.

Aqra aktar

Trump b’linji gwida ġodda għal persuni transgender

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump biddel il-linji gwida li kienu qed isegwu l-iskejjel tal-istat li kienu jippermettu persuni transgender jużaw toilets skont l-identità tal-ġeneru.

Il-linji gwida kienu ħarġu mill-predeċessur tiegħu Barack Obama u kienu deskritta bħala rebħa għad-drittijiet ta’ persuni transgender.

Aqra aktar

Se jibda jkollna ID cards bl-ittra X

Persuni transgender u intersex se jingħataw id-dritt li fuq id-dokumenti uffiċjali li jinħarġu minn Identity Malta bħal passaporti jew karti tal-identitá ma jkollhomx jagħżlu MARA jew RAĠEL, iżda jiġu mmarkati bl-ittra X.

Aqra aktar

Send this to a friend