trakk – Page 3 – One News

Notifiki

AĠĠORNATA: Tifel ta’ sitt snin fost il-vittmi f’Melbourne

 

Tliet persuni nqatlu u mal-għoxrin indarbu wara li raġel saq karozza fuq in-nies fiċ-ċentru ta’ Melbourne fl-Awstralja.

Il-Pulizija qalet li sparat lill-aggressur fi spalltu, u arrestatu.

Jidher li l-inċident m’huwhiex wieħed marbut ma’ terroriżmu, iżda għandu x’jaqsam ma’ każ ta’ diżgwit familjari li seħħ aktar kmieni fl-istess jum.

Il-vittmi għadhom ma ġewx identifikati, għalkemm il-Pulizija ta’ Melbourne qalet li huma raġel u mara li għandhom madwar tletin sena, u tifel ta’ ftit snin.

Fost dawk midruba, hemm tarbija ta’ tliet xhur u tifel ta’ sentejn li jinsabu f’qagħda kritika, u żewġt itfal ta’ disgħa u tnax –il sena rispettivament.

Aqra aktar

AĠĠORNATA: Erba’ persuni mejta wara li trakk saq għal fuqhom

Erba persuni nqatlu f’Ġerusalemm minn Palestinjan li saq trakk ġo grupp ta’ suldati, f’dak li qed jingħad mill-pulizija bħala attakk terroristiku. I

l-mejta huma tliet nisa u raġel, l-erbgħa li huma fl-għoxrinijat, filwaqt li tlettax-il persuna oħra sfaw feruti. Il-pulizija qalet li s-sewwieq tat-trakk inqatel wara li suldati mill-istess grupp sparaw fuqu.

F’dawn l-aħħar ħmistax-il xahar kien hemm ħafna attakki fuq Iżraeljani minn Palestinjani, bl-użu ta’ skieken, pistoli u anke vetturi.

Il-kap tal-pulizija qal li l-aggressur tal-attakk li seħħ il-Ħadd kien Palestinjan mil-Lvant ta’ Ġerusalemm. Filmat tas-CCTV wera t-trakk jinstaq barra mit-triq għal ġos-suldati b’veloċita għolja, u wara rriversja għal fuq iktar vittmi.Aqra aktar

BOSTA MEJTA F’BERLIN – trakk jibqa’ għaddej f’nofs suq tal-Milied

  • Nitkellmu ma’ Tiffany Farrugia, Maltija f’Berlin li sal-bieraħ kienet hemm

Bosta persuni mietu u oħrajn indarbu hekk kif trakk baqa’ dieħel f’suq tal-milied fiċ-ċentru ta’ Berlin. Hu maħsub li l-ammont tal-mejta huwa disgħa.

Is-sewwieq jinsab arrestat u persuna oħra li kienet miegħu tilfet ħajjitha.

Il-Pulizija qed tissuspetta li kien attakk maħsub. Is-suq huwa dak ta’ Breitscheidplatz, qrib Kurfuerstendamm, it-triq prinċipali fil-punent tal-belt.

Aqra aktar

Mur suq maġenbu!

Dan ir-ritratt mibgħut lilna minn qarrej juri sitwazzjoni kemxejn inkwetanti: trakk mgħobbi b’tali mod li jista’ jkun ta’ periklu f’każ li jieqaf ħesrem jew li jieħu liwja. Din hija t-triq li twassal l-Mtarfa minn Ta’ Qali.

Mhux ċar eżatt biex inhu mgħobbi, madanakollu tidher li hija xi ħaġa kważi d-daqs tat-trakk innifsu.

Aqra aktar

Send this to a friend