trakk – Page 2 – One News

Notifiki

Inċident bejn trakk u mutur fiż-Żurrieq

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ saqajh f’inċident li seħħ bejn trakk u mutur f’Valletta Road fiż-Żurrieq.

Dan ġara għall-ħabta tad-8.50am.

Mhux magħruf x’kienet il-konsegwenza ta’ dan l-inċident.

Aktar dettalji malli jaslulna.

Tmintax mejta wara ħabta bejn xarabank u trakk

Tmintax-il persuna tilfu ħajjithom wara li x-xarabank li kienu fuqu ħabat ma’ trakk u nħakem min-nirien waqt li kien ghaddej fuq il-motorway A9 fin-Nofsinhar tal-Ġermanja.

Tletin persuna irnexxilhom jaħarbu min-nirien, iżda uħud minnhom jinsabu f’qagħda kritika. Ix-xarabank kien qed iġorr penzjonanti Ġermaniżi.

Aqra aktar

Trakk jieħu n-nar…evitaw Triq il-Kosta direzzjoni lejn San Ġiljan

Trakk ħa n-nar fi Triq il-Kosta, f’Baħar iċ-Ċagħaq. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-14:50. It-trakk qed jinstaq fit-triq meta qabdet il-parti ta’ wara. Is-sewwieq ma weġġax. It-triq minn ħdejn Splash and Fun għal San Ġiljan tinsab magħluqa għal kollox. Sewwieqa huma mħeġġa jevitaw l-inħawi għaliex hemm ħafna traffku.

Ħajr lil Malta Diżastru Totali tar-ritratt.

Raġel isofri ġrieħi gravi wara li jaqa’ min fuq trakk

 

Illum, għas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu, seħħ inċident fi Triq il-Fortizza, Mosta.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li serb ta’ 39 sena, residenti San Pawl il-Baħar, waqa’ minn fuq trakk waqt li kien qed iħott il-ġebel .

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Iżommulu l-bastiment u t-trakk

Ġie miċħud appell ta’ raġel li fl-ewwel sentenza tal-Qorti ttieħdulu bastiment u trakk. Paul Bezzina nqabad idaħħal żejt f’Malta bil-kuntrabandu.

Membri tat-Taqsima tal-Infurzar għamlu sejba ta’ gaseoil li kien fit-trakk tal-akkużat ġo tank mistur taħt ir-ramel.

Aqra aktar

Send this to a friend