trabi – Page 3 – One News

Notifiki

Mitluba toħroġ il-ħalib minn sidirha b’idejha, biex turi li qed tredda’, quddiem il-Pulizija

Omm ressqet ilment quddiem il-pulizija Ġermaniża, fejn allegat li kienet mitluba tagħfas sidirha, mit-taqsima tas-sigurtà fl-ajruport, bħala prova li kienet qed tredda’.

Gayathiri Bose qal lill-BBC li kienet “umiljata” mill-esperjenza u se tesplora l-azzjoni legali li tista tieħu. Qalet li l-pulizija fl-ajruport ta’ Frankfurt kienu suspettużi għax kellha pompa tas-sider waqt li kienet qed tivjaġġa, iżda kienet mingħajr it-tarbija magħha.

Il-Pulizija Ġermaniża ma kkummentawx dwar l-allegazzjonijiet speċifiċi imma qalu li tali miżuri mhux parti mill-proċedura ta’ rutina.

Aqra aktar

Abort minn taħt? Jistaqsu l-Life Network Foundation

Abort minn taħt. Hekk qed jissuġġerixxu dwar l-introduzzjoni tal-Morning After Pill f’pajjiżna l-Life Network Founation.

Dawn tal-aħħar se jorganizzaw diskussjoni pubblika, bil-mistieden ewlieni jkun riċerkatur u tabib minn Università Taljana. Saħansitra qed tintbagħat email lil studenti Universitarji dwar din id-diskussjoni.

Preċedentemnt, l-istess Fondazzjoni kienet insistiet li ladarba l-abort hu illegali f’Malta, jekk toħrog liċenzja għall-MAP meta hemm evidenza xjentifika ċara li turi li l-MAP għandha elementi li jikkawżaw abort, l-Awtorità li toħroġ din il-licenzja tista’ jkun ħati li kkommetta rejat.

L-Awtorità tal-Mediċini iddeċidiet li l-morning-after pill Ella One tista’ tinxtara mingħajr il-preskrizzjoni tat-tabib. Dan wara moviment nazzjonali li argumenta favur id-dritt tal-għażla,u wara diversi argumenti li qalu li l-pillola mhix abortiva. Il-Ministru Helena Dalli kienet fost dawk li ma qabiltx mal-bżonn ta’ preskrizzjoni ta’ tabib biex wieħed jixtri l-pill f’każ ta’ emerġenza. Infatti llum tista’ tixtri l-pill mingħajr din il-preskrizzjoni – pass li jtawwal iż-żmien meta din il-pillola tkun effettiva.

Aqra aktar

ŻBALL OĦXON – 26 koppja bi sperma li ma riditx

Ċentru Olandiż li joffri t-trattament bl-IVF iddikjara li 26 mara jaf kienet fertilizzata bi sperma ta’ raġel ħażin – jiġifieri mhux ir-raġel li riedet hi.

L-Utrecht University Medical Centre qal li kien żball ta’ proċedura dak li seħħ bejn April 2015 u Novembru 2016. Nofs il-koppji li għamlu t-trattamnet huma tqal jew inkella diġà għandhom it-tfal. Dawn ingħataw l-aħbar stramba li waqt il-fertilizazzjoni, ċelloli mill-isperma ta’ koppja minnhom jaf spiċċaw maċ-ċelloli tal-bajd ta’ 26 koppji oħra.

Għalhekk hemm possibiltà li l-bajd kien fertilizzat minn sperma li mhix tal-missier mixtieq.

Rigal mill-isbaħ f’jum il-Milied

Jum il-Milied kienet gurnata ferm impenjativa ghas-sala tal-maternita fl-Isptar Mater Dei. B’kollox twieldu 9 trabi f’Malta u Ghawdex. L-ewwel tarbija f’Jum il-Milied twieldet fis-sagħtejn neqsien għaxra ta’ filgħodu.

Aqra aktar

Ir-razza umana qed tevolvi – aktar trabi jkollhom jitwieldu b’ċesarja

L-użu regolari ta’ ċesarji fit-twelid qed iwassal għal impatt fuq l-evoluzzjoni umana.

Riċerkaturi fl-Awstrija qed josservaw li aktar ommijiet għandhom bżonn ċesarja minħabba d-daqs tal-pelvis. Każijiet fejn tarbija ma tkunx tista’ tgħaddi mill-kanal li trid tgħaddi minnu biex titwieled żdiedu: minn 30 f’kull elf twelid fis-sittijiet għal 36 f’kull elf  illum-il ġurnata.

Lura fl-istorja, din it-tip ta’ ġenetika ma kinitx tkun trażmessa għaliex każijiet hekk kienu jirriżultaw f’imwiet waqt it-twelid; kemm tal-omm kif ukoll tat-tarbija.

Hu mifhum li issa li din it-tip ta’ ġenetika, fejn omm ikollha pelvis dejjaq, qed tintiret, qed ikun hemm bżonn aktar ċesarji.

“Għadni mkisser… Ma nistax nieqaf nibki”

  • ŻEWĠ KORRIMENTI F’SITT XHUR… INDIFNU FL-ADDOLORATA

Kliem Jonathan Attard, raġel ta’ 37 sena li f’temp ta’ sitt xhur kien se jsir missier darbtejn, iżda ma kienx imnalla.

Ma’ one.com.mt spjega kif wara 17 –il sena, ħassu lest li jkollu t-tfal, iżda wara żewġ korrimenti mhux se tkun faċli.

Aqra aktar

NAPPY CHANGERS – “aħna l-irġiel kapaċi nbiddlu l-ħarqa wkoll!”

Toilets tal-irġiel f’binjiet pubbliċi fl-Istati Uniti issa jrid ikollhom faċilitajiet fejn l-irġiel ibiddlu l-ħrieqi tat-trabi. Dan skont liġi ġdida, iffirmata mill-President Barack Obama aktar kmieni dan ix-xahar.

L-aħbar laqtet mill-qrib lil Wayne Aquilina, missier għall-ewwel darba ftit tal-jiem biss ilu. Kitbilna b’dawn il-kliem:

“Ħafna drabi nitkellmu dwar l-ugwaljanza, pero’ wisq nikkonfondi, li din il-kelma tintuża biex ħafna drabi xxaqleb lejn ċerta drittijiet għan-nisa biss. L-isfortuna hija li f’ċerta sitwazzjonijiet u każijiet il-kelma u l-azzjoni ta’ uwgaljanza tiġi minsija fuq l-irġiel.

L-aħbar dwar il-liġi l-ġdida fl-Amerka hija eżempju mill-aktar ċar, li nħoss li jagħti lir-raġel il-livell li jixraqlu fejn jidħlu l-ulied. Għaliex ‘baby-changing facilities’ f’pajjiżna ssibhom biss fit-toilets tan-nisa?

Aqra aktar

BIL-FILMAT: L-IVF tatha s-sodisfazzjoni li ssir omm

F’ONE News Breakfast, f’intervista esklussiva, smajna dwar l-esperjenza li ssir omm permezz ta’ dan is-servizz li f’Malta qed ikun offrut f’Mater Dei. Is-servizz ta’ IVF b’xejn f’Mater Dei daħal is-sena li għaddiet u qed jibdel għall-aħjar il-ħajja ta’ nies.
Aqra aktar

Send this to a friend