toroq – One News

Jitlestew żewġ toroq oħra f’Għawdex


Triq Ġorf fix-Xagħra u Triq Fatima fin-Nadur ingħataw wiċċ ġdid permezz ta’ investiment ta’ nofs miljun ewro. Dan ħabbru l-Ministru għall-Għawdex Clint Camilleri waqt żjara fuq il-post. Aqra aktar

Għada filgħodu se tingħalaq parti minn Triq il-Wied fl-Imsida biex isiru xi xogħlijiet

Mill-5:00am ta’ għada s-Sibt, se tibda fażi ġdida tal-pont ta’ Triq il-Wied tal-Imsida, li fuqu tgħaddi Triq Reġjonali. Dan ikkonfermatu l-Aġenzija tal-Gvern Infrastruttura Malta, li żiedet tispjega kif bħala prekawzjoni, il-parti ta’ Triq il-Wied ta’ taħt il-pont se tkun magħluqa sal-4:30pm tas-Sibt stess. Sewwieqa li bi ħsiebhom jgħaddu mill-inħawi f’dawn il-ħinijiet huma mitluba jsegwu t-tabelli temporanji li se jkun hemm fil-qrib.Aqra aktar

It-toroq f’San Pawl il-Baħar riflessjoni tat-tħarbit fi ħdan il-PN

“Imfarrkin ġbin, għadni ġej minn hawn isfel issa ġej minn naħa t’hawnekk it-toroq kull ħofra daqshiex il-karozza kont se nkissirha, jiġifieri dan kont qed inħallas il-liċenzja u insurance jien uwx.”  “Hopeless uwx, ħafna bankini mkissrin.” “Żibel hi, hawnekk għandna l-kunsill hawn taparsi u ħadd ma jagħmel xejn. Mhux ħofor, barrieri għandna hawnekk. Barrieri u żibel u imbarazz” “Imħaffrin kollha, ilma ħiereġ minnhom.”

Kif jixhdu r-residenti ta’ San Pawl l-Baħar u l-madwar, it-toroq f’din iż-żona tant popolari mal-Maltin u t-turisti jinsabu f’qagħda mwiergħa.

Aqra aktar

Send this to a friend