tork – One News

Tork isofri ġrieħi serji

Tork ta’ 23 sena, kien x’aktarx involut f’argument ma’ xi persuni oħra fejn allegatament qala’ xi daqqiet u sofra xi ġrieħi. Dan ġara kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-4.25. Ġiet infurmata l-pulizija li  kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.

Aqra aktar

“Inwiegħed l-appoġġ tal-Gvern Malti fil-ġlieda tal-Gvern Tork kontra t-terroriżmu”

Wara l-attakk terroristiku li ġara dal-lejl f’kumpless ta’ divertiment f’Istanbul, it-Turkija, li fih tilfu ħajjithom 39 ruħ u weġġgħu numru ħafna akbar ta’ persuni, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr George W. Vella dalgħodu għamel kuntatt bit-telephone mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tork, Mevlüt Çavuşoğlu li permezz tagħha wassallu d-dispjaċir tal-Gvern u l-poplu Malti għal dan l-inċident ikrah u wegħdu l-appoġġ tal-Gvern Malti fil-ġlieda tal-Gvern Tork kontra t-terroriżmu.

Aqra aktar

Send this to a friend