titjijra – One News

Issa kien imiss li Air Canada tħalli barra tifel ta’ 10 snin

Air Canada talbet skuża lil familja wara li ċaħdu post lil tifel ta’ għaxar snin, li kellu jivjaġġa ma’ familtu.

Il-missier tal-famlja, Brett Doyle, ibbukkja erba’ biljetti għal familtu minn Charlottetown għal Costa Rica, f’Awwissu li għadda.  Meta wasal żmien il-vaganza, qal li pprova jagħmel check in online, imma ma setax isib is-siġġu ta’ ibnu. Wara sigħat fuq il-linja ma Air Canada, omm it-tifel saqet sal-ajruport fej qalulha li għamlu bejgħ żejjed ta’ postijiet fuq it-titjijra u kellhom iħallu lit-tifel barra.

Aqra aktar

Ir-raġel li tkaxkar: żewġ sinniet nieqsa, imnieħer miksur u concussion

Jumejn ilu rrapportajna dwar ir-raġel li tniżżel minn titjijra tal-United Airlines b’ċertu saħħa. Issa saru magħrufa l-konsegwenzi tal-mod kif tniżżel mill-ajruplan. Minbarra l-effetti psikoloġiċi, tilef żewġ sinniet ta’ quddiem, imnieħer miksur u kellu concussion.

Bintu qalet li tinsab diżgustata bil-mod li bih trattaw lill-missiera u qed jieħdu passi fil-konfront tal-kumpanija tal-ajru, għall-mod li bih trattat ll Dr David Dao. Huwa ntalab jinżel mit-titjijra għax kienet ibbukkjata żżejjed, jiġifieri kien żball tal-linja tal-ajru. It-tabib Vietnamiż-Amerikan irrifjuta li jinżel għax beda jinsisti li ried imur id-dar jara l-pazjenti.

Aqra aktar

Titħajjar tmur Franza? Issa aktar faċli

Jekk tħobb tivjaġġa, u tgħoġbok Franza, din l-aħbar tajba għalik.

Se jibdew isiru titjiriet bejn Bordeaux u Malta, pemezz tal-linja tal-ajru Volotea. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Volotea u rappreżentanti tal-Ajruport Bordeaux–Mérignac.

It-titjiriet se jibdew illum u se jkomplu tul l-iskeda kollha tas-sajf. Bejn April u Ġunju, u Settembru u Ottubru, se jkun hemm titjijra fil-ġimgħa.

B’hekk bejn il-Lbiċ ta’ Franza u l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, se tkun tista’ tivjaġġa f’temp ta’ sagħtejn u ħamsin minuta.

 

 

Salvatilha ħajjitha b’nota fil-latrina ta’ ajruplan

Hostess fuq ajruplan salvat ħajja ta’ tfajla milli tiġi ttraffikata, wara li nnutat kemm kienet żmattata u ħallitilha nota fil-latrina.

Sheila Fedrick, ta’ 49 sena li taħdem fuq il-linja tal-ajru Alaska Airlines, lemħet lil din iż-żagħżugħa ta’ madwar 14-il sena, bilqiegħeda ħdejn tieqa tal-ajruplan. Ħdejha kien hemm raġel li deher imlibbes sew u tal-flus.

Fedrick qalet li l-vittma kellha xagħar żejtni ħafna u dehret qisha għadha kif għaddiet minn esperjenza vera kerha. Kien dan il-kunstrast li ġiegħel lil Fedrick titħasseb. Meta provat tkellem liż-żewġ passiġġieri, dejjem wieġeb ir-raġel f’isem it-tfajla.

Aqra aktar

Se ssiefer? Il-biljetti tal-Air Malta huma mraħħsa!

Bejn illum u nhar il-Ġimgħa, l-Air Malta qed toffri biljetti bi prezzijiet imraħħsa. Fi stqarrija l-linja tal-ajru qalet li r-ritorn mill-btajjel tal-Milied m’għandux għalfejn ikun daqshekk diffiċili, għaliex wieħed jista’ jippjana btala bil-prezzijiet tal-biljetti jibdew minn €35.

L-offerta tgħodd għal 17-il destinazzjoni l-aktar popolari tal-linja tal-ajru.

Is-sale ta’ 72 siegħa beda fid-09:00 dalgħodu u jagħlaq nhar il-Ġimgħa fid-08:59 (filgħodu).

Aqra aktar

ARA L-FILMAT: ġlieda abbord titjijra tar-Ryan Air lejn Malta

Titjijra tar-Ryan Air lejn Malta minn Brussell kellha tinżel l-Italja, aktarx minħabba ġlieda li seħħet abbord.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija u mhux ikkonfermat minn sorsi uffiċjali x’wassal biex it-titjijra kienet abortita.
Manakollu persuni kitbu li kien hemm persuna taħt l-influwenza tax-xorb, u din kienet involuta fi ġlieda li fiha daħlu wkoll diversi passiġġiera. It-titjijra spiċċat Pisa u erba’ persuni tniżżlu hemm.

Aqra aktar

Sentenza sospiża wara li werwer titjijra

Bulgaru li f’Ġunju li għadda rrimarka l-kliem “Ħadd mhu se jsalva” eżatt qabel titjira, ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u ġie mmultat is-somma ta’ €3,800. Dan rriżulta minn titjira minn Malta li kienet sejra Ateni meta hekk kif il-passiġġieri kienu fil-kowċ biex mit-terminal biex jaslu sa ħdejn l-ajruplan, Ivan Manolov, ta’ tnejn u ħamsin sena, instema’ jgħid il-kliem, “No-one is going to survive.”

Koppja li semgħetu, irrapportat mill-ewwel lil uffiċjali tal-ajruport li min-naħa tagħhom avżaw lill-Pulizija u l-Bulgaru ġie arrestat. L-imputat kien ilu jgħix Malta għal xi erba’ snin u huwa kien jaqsam fejn kien jgħix ma’ persuni oħra iżda ġara li sidt l-appartament keċċietu wara li nqala’ l-ġlied bejnu u bejn dawk li kien jgħix magħhom.

Aqra aktar

Dik l-imbierka bagalja!

L-Erbgħa segwejna l-inċident li seħħ ġewwa l-ajruport ta’ Dubai, fejn ajruplan tal-Emirates inħakem minn nirien ftit wara li niżel fl-ajruport. In-nirien ikkawżaw ħsara kbira, tant li inħolqot toqba kbira tul is-saqaf tal-ajruplan. Fortunatament ħadd mill-passiġġieri ma tilef ħajtu, għajr għall-ħaddiem wieħed tat-tifi tan-nar.

Madanakollu dan l-inċident seta’ wassal għal konsegwenżi ferm aktar serji. Mhux se nidħol fil-mertu ta’ x’seta’ kienet il-kawża tal-inċident (għal dan il-għan issir investiġazzjoni professjonali), pero żgur li l-passiġġieri kienu qed jipperikolaw ħajjithom stess. Għaliex qed ngħid hekk? Sa filgħaxija kienu diġa telgħu online amateur-videos juru s-sitwazzjoni waqt l-evakwazzjoni. L-atitudni ta’ wħud mill-passiġġieri ħallewni perpless u wrew kemm hawn min ma jirrealizzax il-periklu li qed jitfa’ lilu n-nifsu, u lil ta’ madwaru.

Aqra aktar

L-ewwel inżul ta’ Czech Airlines f’pajjiżna

Mil-lum waranofsinhar se tibda topera l-linja tal-ajru Czech Airlines lejn pajjiżna. Din hija l-ewwel darba li l-linja nazzjonali tal-ajru tar-Repubblika Ċeka se topera minn Malta.

Czech Airlines se topera żewġ titjiriet fil-gimgħa lejn pajjizna mill-kapitali Ċeka, Praga kull nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Sibt.

Aqra aktar

Send this to a friend