Notifiki

Adrian Hillman arrestat fir-Renju Unit

Il-Ħadd kien irrapportat li l-eks direttur maniġerjali tal-Allied Newspapers, Adrian Hillman kien arrestat fir-Renju Unit. Rapporti fosthom il-ġurnal The Times of Malta spjegaw ukoll li Hillman mhux se joġġezzjona għall-proċeduri tal-estradizzjoni sabiex jinġieb pajjiżna u jaffaċċja akkużi relatati ma’ kriminalità finanzjarja.Aqra aktar

Jgħid li qatt ma ra r-rapport għat-Times dwar l-allegazzjonijiet ta’ Hillman

In-neputi ta’ Mabel Strickland saħaq li hu qatt ma tħalla jara r-rapport tal-inkjesta interna li saret mill-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello wara li tqabbad mill-kumpanija tat-Times fuq numru t’allegazzjonijiet marbuta mal-operat fi żmien Adrian Hillman.

Robert Hornyold-Strickland, li jsostni li hu l-eredi ta’ zitu Mabel Strickland, l-ewwel editur u fundatriċi tat-Times, sostna li hu qatt ma ra r-rapport ta’ inkjesta.

Aqra aktar

In-neputi ta’ Mabel Strickland jgħid li De Marco jrid iġorr ir-responsabilità

In-neputi ta’ Mabel Strickland, li għandu sehem ta’ 13% fl-Allied Newspapers, il-kumpanija responsabbli mill-pubblikazzjoni tat-Times, sostna li qed jieħu parir legali biex jara kif se jiġu rkuprati mal-ħames miljun u nofs ewro li allegatament ġew frodati minn fuq il-kumpanija tat-Times.

Mas-sit lovinmalta, Robert Hornyold-Strickland saħaq li kulħadd irid jinżamm responsabbli, inkluż id-deputat Nazzjonalista Mario De Marco, li huwa membru fil-Kunsill tal-Fondazzjoni Strickland li hija ix-shareholder ewlieni tal-kumpanija tat-Times, Allied Newspapers.

Aqra aktar

Balzan jistaqsi dwar it-Times u De Marco, it-Times tiġġustifika fl-editorjal

L-għada li ħdax-il persuna tressqu l-Qorti f’każ li nibet minn inkjesta Maġisterjali dwar operat fil-kumpanija li tippubblika t-Times of Malta, il-ġurnalist ta’ esperjenza Saviour Balzan kiteb dwar kif dak li seħħ tefa’ wkoll dawl fuq l-operat ta’ din il-gazzetta u l-kumpaniji li jmexxuha.Aqra aktar

Botti u risposti bejn it-Times u l-avukati ta’ Yorgen Fenech

L-għada li t-Times irrappurtat li ġurnalist tagħha ngħata flus m’għand l-avukat ta’ Yorgen Fenech, Gianluca Caruana Curran, komplew il-botti u risposti bejn id-difiża tas-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u t-Times.Aqra aktar

Send this to a friend