Problemi għat-timijiet nazzjonali Maltin tal-futbol

Wara d-draw ta’ mingħajr gowls kontra Andorra f’logħba oħra mill-UEFA Nations League, it-tim nazzjonali Malti telaq minn Andorra dalgħodu u wasal f’Barċellona propju waranofsinhar. Iktar tard ser jkun qed jaqbad titjira oħra din id-darba għal Liga l-Latvja sabiex ikun jista’ jipprepara għall-konfront ta’ nhar it-Tlieta li ġej. Aqra aktar

Iż-Żażu u Michael Mifsud ma jaqblux

Il-kowċ u l-captain tat-tim nazzjonali Malti kellhom ħsibijiet differenti dwar min għandu jkun l-aqwa plejer tas-sena fl-unuri tal-Fifa li ngħataw ilbieraħ.

Għal Ray Farrugia, iż-Żażu, l-aqwa plejer kien Luke Modric. Dak li fil-fatt rebaħ l-unur. Iżda, għal Michael Mifsud kien Eden Hazard u Modric it-tieni l-aqwa.

Lanqas fuq il-kowċ ma’ qablu. Għal Mifsud kien Zinedine Zidane li rebaħ iċ-Champions League b’Real Madrid u għal Ray Farrugia kien Didier Deschamps li rebaħ it-Tazza tad-Dinja bi Franza. Eventwalment l-unur interbaħ minn Deschamps.

Biex fiż-żewġ każi kien hemm iktar jaħsbuha bħal kowċ milli bħal captain.

Send this to a friend