It-tieni doża tal-AstraZeneca mhux qed tħalli effett stramb

“It-tieni doża tal-vaċċin tal-AstraZeneca mhux qed ikollha l-effett stramb rari ta’ trombożi.”

Hekk stqarr uffiċjal mit-taqsima tal-mard infettiv, Dr Charles Mallia Azzopardi, li f’intervent waqt xandira politika l-Ħadd filgħodu serraħ moħħ dawk li għad iridu jieħdu t-tieni doża tal-vaċċin tal-AstraZeneca.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Ċifri pożittivi marbuta mat-tilqim u t-tnaqqis ta’ persuni rikoverati fl-ITU u fl-isptar

Waqt l-istess konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja, fejn il-Prim Ministru ħabbar ir-rilaxx ta’ ċertu miżuri, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega li dawn il-miżuri setgħu jittieħdu fost oħrajn għax għandna rata ta’ vaċċinazzjoni b’saħħitha.Aqra aktar

Seba’ każijiet biss fid-djar tal-anzjani u dawk imlaqqma jinsabu fi stat ta’ saħħa tajba

F’din l-aħħar ġimgħa kien hemm biss seba’ każijiet, bejn residenti u ħaddiema fid-djar tal-anzjani.

Dan intqal mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci waqt il-bullettin mediku ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa.

Qalet kif l-anzjani li jkunu tlaqqmu u jaqbadhom il-virus jinsabu fi stat ta’ saħħa tajba.

Il-Professur Charmaine Gauci qalet li dan juri li l-vaċċin qed jaħdem b’mod tajjeb u l-programm ta’ tilqim għaddej b’ritmu mgħaġġel.

Fil-fatt fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ngħataw kważi sitt elef doża tal-vaċċin għall-Covid-19.

Send this to a friend