Mil-lum tista’ tirreġistra biex titlaqqam jekk għandek iktar minn 16-il sena

Minn dalgħodu fetħet ir-reġistrazzjoni għal dawk li għandhom iżjed minn 16-il sena u jridu jieħdu t-tilqima kontra l-Covid-19.

Wieħed jista’ jirreġistra fuq is-sit www.vaccin.gov.mt, fejn wieħed jiġi mitlub n-numru tal-karta tal-identità tiegħu, id-data tat-twelid u n-numru tal-mobile.

Wieħed jista’ wkoll jirreġistra billi jibgħat SMS bin-numru tal-karta tal-identità tiegħu fuq 99180045 biex jitlaqqam f’Malta jew 99180044 biex jitlaqqam f’Għawdex.Aqra aktar

Send this to a friend