ARA: Liema huma l-miżuri mħabbra biex tkompli tiġi mrażżna l-imxija

Dawn huma l-miżuri li se jittieħdu biex tkompli tiġi kkontrollata l-imxija;

• Jingħalqu l-ħwienet li joffru prodotti u / jew servizzi meqjusa mhux essenzjali
• Ristoranti tal-lukandi jistgħu joffru biss ikel u xorb permezz ta’ room service jew delivery
• Vjaġġi għal Għawdex jistgħu jsiri biss għall-bżonn essenzjali u jew min għandu proprjetà fil-gżira Għawdxija
• Il-limitu ta’ gruppi ta’ nies fil-pubbliku jonqos minn sitt għal erba’ persuni
• Ma jinġemgħux nies fid-djar privati.
• L-isport organizzat kollu huwa sospiż
• Jingħalqu l-gyms u l-pixxini
• Jingħalqu s-swali taċ-ċinema, mużewijiet u teatri
• Ma jsirux tiġijiet
• Sospiżi l-attivitajiet reliġjużi
• Funerali jsiru skont il-protokolli li diġà huma fis-seħħ
• Minn nhar it-Tnejn se jingħalqu l-istituzzjonijiet edukattivi kollha. Il-lezzjonijiet li fadal qabel ma jibdew il-vaganzi tal-Għid se jingħataw online.
• In-negozji kollha milquta se jieħdu l-Covid Wage Supplement b’mod sħiħ

BIL-FILMAT: Il-Prof. Charmaine Gauci twieġeb fuq it-tiġijiet

Meta mistoqsija minn ONE News dwar it-tiġijiet skedati għal din is-sena, mhux jerġgħu jsiru lejn l-aħħar ta’ din is-sena, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Prof. Charmaine Gauci qalet li għalissa is-sitwazzjoni ma tippermettix li dawn isiru. Aqra aktar

Send this to a friend