Notifiki

Tifla Maltija tintgħażel biex tmexxi l-ideat tagħha mal-MPE

Tifla Maltija li għandha biss tnax-il sena hi waħda fost il-ħdax il-tifel u tifla li ntgħażlu minn madwar l-Ewropa biex tieħu sehem fis-simpożju Eurochild. Dan għandu l-għan li joħloq impenn dirett mal-Membri Parlamentari Ewropej (MPE) dwar deċiżjonijiet li jħallu effetti fuq ħajjet it-tfal.

Aqra aktar

Kull seba’ sekondi, tifla ta’ inqas minn 15 tkun sfurzata tiżżewweġ

Skont rapport ta’ Save the Children, bniet li għandhom ħmistax –il sena jew inqas, f’ċertu każi għaxar snin, qed ikunu sfurzati jiżżewġu rġiel ferm ikbar minnhom f’pajjiżi bħall-Afganistan, il-Yemen, l-Indja u s-Somalja.

Ir-rapport jissuġġerixxi li fost il-fatturi li jikkawżaw dawn iż-żwiġijiet hemm il-kunflitti, il-faqar u l-kriżi umanitarja.

Żwiġijiet f’età daqstant żgħira li jesponu lil dawn il-bniet għal numru ta’ żvantaġġi, bħaċ-ċaħda mid-drittijiet bażiċi tal-edukazzjoni, żvilupp u l-għixien tat-tfulija.

Aqra aktar

L-ewwel minuri fil-Belġju li għażel l-ewtanażja

Persuna taħt l-età b’marda terminali saret l-ewwel waħda fil-Belġju li ngħatat l-għajnuna biex tmut, wara li tneħħew ir-restrizzjonijiet fuq l-età għall-ewtanażja fil-Belġu sentejn ilu.

Il-kap ta’ kummissjoni dwar l-ewtanażja ikkonferma l-każ, iżda ma provda ebda dettall ieħor.

Il-Belġju huwa l-unika pajjiż li jippermetti minuri ta’ kwalunkwe età li jagħżlu l-ewtanażja. L-Olanda tippermetti l-ewtanażja minn 12-il sena ‘l fuq.

Irid ikollhom biss abiltà li jieħdu deċiżjoni konxja u jkunu waslu fl-aħħar fażi tal-marda terminali tagħhom. Irid ikollhom ukoll il-kunsens tal-ġenituri.

 

 

Send this to a friend