Notifiki

Missier Madeleine prova jfittex lil bintu taħt il-karozzi filwaqt li ommha bdiet twerżaq ‘ħaduha’

Mara li tieħu ħsieb lit-tfal u li ġieli ħadet ħsieb lil Madeleine McCann irrakkontat dak li taf mal-mezzi tax-xandir, għaxar snin wara li għebet it-tifla.

In-‘nanny’ ta’ Madeleine dakinhar li għebet kienet ċertu Catriona Baker li kellha 20 sena. Din li tkellmet mal-mezzi tax-xandir Ingliżi hija mara oħra, li ma żvelatx isimha imma kienet taħdem fil-lukanda fil-Portugal fejn Madeleine u l-ġenituri tagħha kienu qed jirrisjedu.

Din il-mara qalet li sa llum tinsab ixxukjata b’dak li ġara, għaxar snin wara. Missier Madeleine prova jfittex lil bintu filwaqt li ommha bdiet twerżaq ‘ħaduha’.  Saħansirta l-missier beda jfittixha taħt il-karozzi fit-triq. L-omm bdiet miexja fil-vojt, fi stat ta’ xokk qawwi.

Aqra aktar

Eks stilla fil-football joqtol lil bintu bi żball

Eks stilla fil-football Amerikan, Todd Heap, qatel lill-bintu bi żball. Dan fi traġedja li ġrat meta bintu kienet fil-driveway tad-dar tal-familja f’Arizona, u Heap ma ndunax biha. L-eks player għal Baltimore Ravens u Arizona Cardinals kien qed iċaqlaq it-trakk meta laqat lit-tifla ta’ tliet snin. Il-Pulizija mhux qed tisusspetta li l-inċident seta’ kien xi ħaġa oħra għajr episodju sfortunat ħafna. It-tifla ttieħdet l-isptar wara l-inċident li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-16:00 ħin Amerikan, iżda ma salvatx.

Isibu tifla li trabbiet max-xadini u tagħmel eżatt bħalhom

Il-Pulizija fit-tramuntana tal-Indja qed tfittex fost l-ismijiet ta’ tfal irrapportati nieqsa biex forsi tidentifika tifla li aktarx kienet qed tgħix max-xadini. It-tifla għandha bejn tmien u għaxar snin u nstabet ftit tal-ġimgħat ilu f’foresta f’Uttar Pradesh.

It-tobba qalu li ma tafx tikkomunika bil-lingwa u ġġib ruħha bħax-xadini. Uffiċjal għoli tal-Pulizija qal li sabuha ma’ grupp ta’ xadini tagħmel eżatt bħalhom, fis-santwarju tal-annimali f’Katarniaghat, fil-konfini man-Nepal. Ix-xadini attakkaw lill-Pulizija meta dawn provaw jieħdu lit-tifla, li kienet nieqsa mill-ikel, kellha xagħar u dwiefer twal ħafna u ġrieħi ma’ ġisimha.

Kienet twerżaq ħafna u timxi fuq erba’ saqajn. Minn mindu sabuha, tjiebet ftit, però se tinżamm taħt kura sabiex terġa’ tintegra bil-mod mal-ħajja umana. 

Shannon kellha biss l-influwenza… mietet fi ftit sigħat f’idejn ommha

“Illum bkejt aktar minn kemm wieħed jista’ jgħodd fuq idejh. Suppost issa waqaft nibki, iżda qed inħossni ħatja.”

Dan kien kliem ta’ omm tfajla bl-isem ta’ Shannon, minn Minesota, li tilfet ħajjitha wara sempliċiment influwenza. “Ilbieraħ ma ħlomtx b’Shannon u rrid nerġa nara u nkellimha għal aħħar darba u ngħidilha kemm jiena dispjaċuta,” stqarret l-omm. L-omm li qed tħoss li hija l-ħtija li bintha mietet hekk kif it-tfajla kellha biss sintomi ta’ influwenza u kienet ilha marida biss ġimgħa.

“Illum, 827 ġurnata wara li binti mietet qed infittex fuq Google informazzjoni dwar l-influwenza. Ma nistax nifhem kif persuna tista’ tmut hekk, qed niprova nagħmel sens mill-informazzjoni għax ma rrid li ebda persuna ma tmut l-istess mewta.”

Aqra aktar

Joffru li joqtluha biex ma tbatiex

“Irrid l-ommi,” din hija l-karba taċ-ċkejkna Hawra, li spiċċat f’nofs gwerra li lanqas biss għadha tifhem x’inhi. Tassumi biss li din hija r-realtà normali tal-ħajja, għax tul ħajjitha esperjenzat biss xita ta’ bombi. F’idejn in-nanna tagħha t-tifla ma setgħetx tiċċaqlaq lanqas biss felħet titkellem.

Aqra aktar

Tifla u raġel midruba wara li nqalbu bil-karozza fi Fleur De Lys

Tifla ta’ għaxar snin u raġel ittieħdu l-isptar Mater Dei wara li vettura li kienet qed tinstaq mir-raġel inqalbet fi Fleur De Lys.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-17:40 fi triq l-Akwadott fi Fleur De Lys.
Il-każ seħħ meta l-vettura tat-tip Toyota Aygo misjuqa minn raġel ta’ 50 sena, il-vettura li nqalbet, għal xi raġuni kellha impatt ma’ vettura tat-tip Toyota Yaris misjuqa minn raġel residenti l-Gudja ta’ 41 sena. Bl-impatt il-vettura Aygo nqelbet u ħabtet ma’ vettura li kienet ipparkjata tat-tip Daihatsu Sirion.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq tat-Toyota Aygo u t-tifla ta’ għaxar snin li kienet passiġġiera miegħu, l-isptar Mater Dei.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

Seba’ snin ħabs talli stupra tifla

Il-Qorti tal-Appell qablet mal-ewwel Qorti f’sentenza ta’ ħabs li tat tliet snin ilu fil-konfront ta’ raġel li kien instab ħati t’akkużi ta’ stupru iżda li appella mis-sentenza.

Il-każ seħħ f’Diċembru tal-elfejn u ħamsa f’Ħaż-Żabbar, bit-tifla tirrakkonta li l-ħabib tal-familja kien ħadha waħedha f’garaxx u stupraha f’karozza.

L-akkużat appella mis-sentenza ta’ seba’ snin ħabs wara li argumenta li t-tifla ta’ ħdax –il sena tat verżjonijiet kunfliġenti.

Aqra aktar

“Ħalluhom fil-lista għal dejjem” – appell ta’ omm li qatlulha lil bintha

Il-familja taċ-ċkejkna April Jones, li sfat maqtula wara li nħatfet minn raġel bi storja ta’ abbużi sesswali, tinsab irrabjata u determinata li ġġib bidla fil-liġijiet Ingliżi.

Dan għaliex mhux permess li isem pedofeli jkun permanentament fuq il-lista ta’ nies li jwettqu abbużi sesswali. Minflok, kemm idum isem xi pedofelu fuq il-lista jiddependi minn kemm tkun twila s-sentenza li ngħata. Il-familja ta’ April, li kellha ħames snin, trid li isem il-qattiel tagħha jibqa’ hemm anke wara li jkun skonta s-sentenza tiegħu. Qed jistaqsu għaliex pedofeli jkollhom il-possibiltà ta’ ċans, meta t-tfal li jkunu abbużaw iġorru l-effetti tul ħajjithom kollha.

Aqra aktar

Send this to a friend