Jinħeles mill-arrest wara li allegatament kellu relazzjoni sesswali ma’ tifla taħt l-età

Raġel ta’ 60 sena nħeles mill-arrest wara li ma nstabx ħati li kkorompa tifla taħt l-età. Dan wara li l-Qorti tal-Appell qalet li l-każ kien preskritt u biddlet is-sentenza ta’ sentejn ħabs li ngħatat lir-raġel f’Jannar li għadda mill-Qorti tal-Maġistrati.

Il-Qorti tal-Appell qalet li filwaqt li temmen li t-tfajla pparteċipat f’atti sesswali mal-akkużat, iżda x-xhieda tagħha kienet vaga. L-Imħalles Consuelo Scerri Herrera qalet li l-vittma ma ppruvatx li kienet taħt l-età għax ma ppreżentatx iċ-ċertifikat tat-twelid fil-Qorti. Il-vittma naqqset ukoll milli tati dettalji ta’ kif seħħew l-inċidenti u qalet li f’ebda ħin ma ntużat il-vjolenza fil-konfront tagħha.Aqra aktar

Mixli li stupra tifla ta’ 12-il sena

Żewġt irġiel Sirjani ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li wieġbu mhux ħatja li kellhom x’jaqsmu sesswalment ma’ żewġ ibniet taħt l-età u li kienu ġew irrapportati nieqsa minn djar ta’ tfal.

 Mustafa al Hmiedi ta’ 23 sena mill-Marsa u Fayiz Alkatiba ta’ 41 sena mill-Ħamrun li jaħdem fil-qasam tal-kostruzzjoni, wieġbu mhux ħajta li ħadu sehem f’attivitajiet sesswali ma’ minuri u li pprovaw jaggredixxu sesswalment lil bniet f’każijiet separati.

 Is-Sur Alkatib ġie akkużat li stupra tifla ta’ 12-il sena, li kkorrompiha u li ħa sehem f’attivitajiet sesswali magħha u ma’ tifla oħra ta’ 13-il sena.

Is-Sur Hmeidi ġie mixli li ħa sehem f’attivitajiet sesswali ma’ tifla ta’ 12-il sena, li għenha biex taħrab mid-dar tat-tfal u li wettaq reat waqt li kien b’sentenza sospiża. 

It-tifla ż-żgħira qalet lill-pulizija li kienet qed tgħix mas-Sur Alkatib u li kellha x’taqsam sesswalment miegħu.

 L-ispettur tal-Pulizija John Spiteri oġġezzjona għall-ħelsien mill-arrest. Qal li hemm riskju ċar li s-Sirjani setgħu jerġgħu jersqu lejn il-bniet. 

Qal li bosta drabi ż-żewġt ibniet spiċċaw jiġru fit-triq wara li jaħarbu mid-dar tat-tfal.

Huwa qal li t-tfal kienu xhieda vulnerabbli, anke minħabba l-fatt li t-tnejn li huma la għandhom ġenituri u lanqas familja. Qal li ħafna drabi kienu jispiċċaw fil-pjazza tar-raħal u jagħmlu kollox għall-flus. 

Il-Maġistrat Doreen Clarke ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest taż-żewġ akkużati waqt li ordnat li isem it-tfal ma jixxandarx u lanqas isem l-istituzzoni li jgħixu fiha. 

Tifla ta’ 13-il sena tgħin tmien persuni wara mewtha

Jemima Layzell minn Somerset għenet tmien persuni differenti wara l-mewt tagħha fl-2012. Layzell tat qalba, il-frixa, il-pulmun, il-kliewi, parti mill-kanal tal-ikel u l-fwied tagħha li minnhom ibbenefikaw madwar ħamest itfal. Normalment donazzjoni tirriżulta f’madwar tlett trapjanti u għalhekk dan qed jitqies bħala numru rekord.

Aqra aktar

Din it-tifla kellha l-kokaina, ekstasi u kannabis F’XAGĦRA

Tarbija ta’ tmin xhur, li nstabet mejta fil-kamra tas-sodda t’ ommha f’ċirkostanzi strambi, kellha traċċi ta’ kokaina, ekstasi u kannabis f’xagħra. Le’veah Herbert waqgħat mis-sodda wara li ommha, Shannon Whittaker, ġabitha ħdejha fl-erbgħa ta’ filgħodu. Dan wara li kienet xorbot l-inbid u l-brandy u pejpet il-kannabis ma’ xi ġirien. L-omm, li dak iż-żmien kellha 18-il sena, qamet fis-siegħa ta’ wara nofsinhar u sabet lit-tifla bla ħajja taħt borża taż-żibel sewda, mimija bi ħwejjeġ għall-ħasil.It-tifla ttieħdet l-isptar ta’ Royal Manchester, fejn ġiet iċċertifikata mejta.Aqra aktar

Għamlet tabirruħha tifla tal-iskola

Samantha Azzopardi ta’ tmienja u għoxrin sena, Awstraljana minn Sydney ta’ dixxendenza Maltija, ammettiet l-akkużi ta’ frodi wara li għamlet tabirruħha tifla tal-iskola.

Dan f’Qorti f’Hornsby fl-Awstralja nhar il-Ħamis, fejn wieġbet ħatja għall-erba’ akkużi fejn b’qerq kisbet vantaġġ finanzjarju.

Aqra aktar

Realtà li l-ftit biss jifhmu

Christina għandha biss sitt snin u tħaddan reliġjon Kristjan, kien għalhekk li ġiet maħtufa mill-militanti tal-Istat Iżlamiku. Dan meta l-grupp militanti ħadu taħt idejhom Qaraqosh, lokal li jinsab fil-periferija ta’ Mosul fl-2014. Wara tliet snin ta’ tfittxija, Christine llum reġgħet inaqgħdet mal-familjari tagħha.

Aqra aktar

Send this to a friend