Notifiki

Il-każ tat-tifla li tħarrbet minn ommha barra minn Malta meqjus bħala ħtif ta’ persuna

Sentenza mogħtija mill-Qorti Ċivili laqgħet rikors li sar mill-Ministru għad-Drittijiet tat-Tfal biex il-każ tat-tifla li tħarrbet mill-pajjiż f’Ottubru li għadda, jitqies bħala ħtif ta’ persuna.

Fis-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Familja ddikjarat li l-minuri ttieħdet barra minn Malta b’mod illeċitu u bi ksur tal-liġi ta’ Malta u ta’ konvenzjoni internazzjonali fir-rigward.

L-istess Qorti ddikjarat li t-tifla ttieħdet barra mill-pajjiż mingħajr il-kunsens ta’ min seta’ jagħti tali kunsens bi ksur tal-istess liġijiet, u ordnat li hekk kif il-minuri tinsab barra minn Malta, din tiġi rritornata f’pajjiżna b’mod immedjat.

F’Ottubru li għadda, it-tifla kienet ittieħdet barra mill-pajjiż mill-omm bijoloġika tagħha, minkejja li kienet tinsab taħt ordni għall-ħarsien.

Il-Ministru Michael Falzon laqa’ s-sentenza tal-Qorti b’sodisfazzjon u ntqal li din is-sentenza se tiġi kkomunikata mal-awtoritajiet rispettivi f’pajjiżi oħra biex hekk kif tinstab it-tifla , il-Qrati ta’ barra jkunu jistgħu japplikaw u jinforzaw is-sentenza mogħtija f’Malta u t-tifla tirritorna f’pajjiżna.

Ritratt: Getty Images

L-omm ħarrbet lil bintha minn Malta b’passaport falz

It-tifla taħt ordni ta’ ħarsien li fit-12 t’Ottubru li għadda tħarrbet mill-omm bijoloġika tagħha minn Malta, għaddiet mill-ajruport ta’ Malta permezz ta’ passaport falz.

Dan ikkonfermawh sorsi ta’ ONE News qrib din l-investigazzjoni fejn qalulna wkoll li l-omm u l-bint, minn Malta qabdu titjira lejn pajjiż fiż-żona Schengen.

Aqra aktar

“Kienet diffiċli biex niffirma ħalli binti titlef għajnejha” – omm tifla li kellha tumur f’għajnejha 

Kendra, tifla ta’ ħames snin li f’età daqshekk tenera diġà kellha dduq mill-qrusa li taf toffri l-ħajja.  Dan hekk kif ta’ sena u tmien xhur feġġilha tumur f’għajnejha. Aqra aktar

Saħħa, Xana- bint l-eks maniġer ta’ Barċellona titlef il-battalja mal-kanċer

Xana Enrique, bint l-eks maniġer ta’ Barċellona Luis Enrique tilfet il-battalja mal-kanċer fl-età ta’ disa’ snin. Enrique kkonferma l-mewt ta’ bintu l-Ħamis waranofsinhar wara ġlieda ta’ madwar ħames xhur mal-kanċer fl-għadam. Fuq il-profil tiegħu ta’ Twitter il-missier qal li se jinħass nuqqas kbir fid-dar tal-familja Enrique, u jittama biss li fil-futur xi darba jerġa’ jkollu ċans iħaddan lil bintu miegħu. Aqra aktar

Send this to a friend