Therese Comodini Cachia – One News

Notifiki

L-ewwel waħda ta’ Delia

Fis-16 ta’ Settembru, l-Avukat Adrian Delia ntgħażel mit-tesserati biex imexxi l-Partit Nazzjonalista.  Wiegħed li mill-għada l-Partit Nazzjonalista kellu jerġa’ jibda jitkellem b’leħen wieħed. Però l-firda, id-dwejjaq, il-battibekki ta’ qabel Delia nħatar kap, baqgħu hemm.

Aqra aktar

Therese Comodini Cachia titlaq l’hemm

Wara l-vot dwar l-IVF fil-Parlament nhar l-Erbgħa li għadda Therese Comodini Cachia m’attendietx  il-konferenza tal-aħbarijiet li għamel il-Partit Nazzjonalista ftit wara. Kif żvelat din il-gazzetta ġimgħat ilu dak li kellu jkun vot ħieles ma kien vot ħieles xejn għal diversi raġunijiet. Fosthom fil-Parlament ma kienx iddikjarat li l-Partit Nazzjonalista kien qed jagħti vot ħieles.

Aqra aktar

Elezzjoni każwali għall-Membru Parlamentari Ewropew

Il-Kummissjoni Elettorali ġiet inkarigata mill-President ta’ Malta biex tmexxi elezzjoni każwali biex timla s-siġġu mbattal fil-Parlament Ewropew minn Therese Comodini Cachia. Dan l-Avviż (Writ) qed ikun ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-lum. Għaldaqstant, il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tirċevi nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni każwali sabiex jimtela dan il-post ta’ Membru Parlamentari Ewropew.

Aqra aktar

Konferma li John Zammit baqa’ bl-istess kariga

L-Aġenzija ta’ Kontra l-Frodi tal-Unjoni Ewropea, l-OLAF mistennija tintalab tinvestiga l-iskema ta’ frodi minn fondi Ewropej tal-Partit Nazzjonalista dan skont il-gazzetta t-Torċa.

Skema li hu stmat li biha l-Ewroparlamentari Nazzjonalisti taw man-nofs miljun ewro fondi tal-Parlament Ewropew lill-Partit Nazzjonalista, bi ksur sfaċċat tar-regoli Ewropej.

Aqra aktar

Commodini Cachia tippersisti fil-gideb

ONE NEWS żvela li Therese Commodini Cachia u l-Partit Nazzjonalista qegħdin jigdbu biex jiddefendu l-iskema frodi tal-Partit Nazzjonalista fejn minn fondi Ewropej iħallsu l-pagi u anke kirjiet ta’ uffiċċju fid-Dar Ċentrali.  

Il-Ħadd kien żvelat kif b’fondi Ewropej qed titħallas il-paga ta’ John Zammit, strateġist ewlieni tal-Partit Nazzjonalista

Filwaqt li Commodini Cachia qed tibqa’ tiċħad li qed tħaddem skema frodi, ma ridetx tagħti dettalji biex tipprova mod ieħor.

Aqra aktar

Bartolo jġib fix-xejn allegazzjonijiet tal-PN

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li huwa diżappuntanti kif l-MEP Therese Commodini Cachia tiffirma stqarrija inġusta u giddieba, u li lesta titla’ fuq il-karru tal-gideb tal-Oppożizzjoni bħala kampanja biex tagħmel allegazzjonijiet dwar il-Ministru Evarist Bartolo.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, qal li meta ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm allegazzjonijiet dwar possibbiltà ta’ abbuż b’rabta ma’ xogħlijiet fl-iskejjel hu ta ordni mill-ewwel biex il-każ jittieħed għand il-pulizija.

Huwa spjega li kien talab biex dan isir minn Philip Rizzo li kien ċermen tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada u talab lill-avukat tal-Ministeru biex hi ukoll tirrapporta l-każ.
Aqra aktar

Send this to a friend