Theresa May – Page 8 – One News

L-Ingilterra ma tistax taċċetta l-proposta dwar Brexit mill-UE – Theresa May

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May qalet li proposta tal-Unjoni Ewropea għall-Irlanda ta’ Fuq thedded l-integrita kostituzzjonali tar-Renju Unit.

Il-qbil legali li għadu mhux finalizzat ippublikat mill-Unjoni Ewropea jipproponi żona regolatorja komuni fuq il-gżira tal-Irlanda wara Brexit, ġaladarba ma jinstabux soluzzjonijiet.

L-Unjoni Ewropea qalet li din il-proposta mhix intenzjonata biex tipprovoka lir-Renju Unit, bin-negozjatur ewlieni Michel Barnier isejjaħ lir-Renju Unit biex joħroġ b’alternattivi.

Sostna li dak miktub fid-dokument kien jikkonsist minn dak li kien maqbul s’issa, filwaqt li kellu soluzzjonijiet konkreti u realistiċi fuq kif se tkun evitata fruntiera fiżika hekk kif ir-Renju Unit jitlaq mill-unjoni doganali.

Theresa May mistennija tikser is-skiet dwar Brexit bi proposta ta’ deal għal sentejn

F’diskors importanti li se tkun qed tagħmel f’Firenze llum il-Ġimgħa, il-Prim Ministru Ngliża hija mistennija toffri soluzzjonjiet ġodda biex tissolva l-kwistjoni tal-Brexit.

Skont sorsi rilaxxati qabel d-diskors tagħha, hija mistennija tipproponi ftehim ta’ tranżizzjoni ta’ sentejn, li jibda minn wara li r-Renju Unit uffiċjalment iħalli l-blokka ta’ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Issemmiet ukoll is-somma ta’ għoxrin biljun ewro, li mistennija tkun offerta biex ikun kopert it-telf ta’ fondi li se ssofri l-Unjoni Ewropea bil-ħruġ tar-Renju Unit.

Hija mistennija tgħid li ftehim finali ta’ suċċess huwa fl-interess mhux biss tar-Renju Unit iżda wkoll tal-bqija tal-pajjiżi tal-UE.

“Jekk jirnexxielna nagħmlu dan, allura meta jinkiteb dan il-kapitlu tal-istorja Ewropea mhux se nkunu mfakkra għad-differenzi li ffaċċjajna, imma għall-viżjoni li urejna, mhux għall-isfidi li ġarrabna imma għall-kreattività li użajna biex negħlbuhom, mhux għal relazzjoni li spiċċat iżda għal sħubija ġdida li bdiet. ”

Ir-raba’ rawnd ta’ negozjati għall-Brexit mistenni jibda fil-25 ta’ Settembru li ġej, bir-Renju Unit mistenni jħalli l-UE f’Marzu 2019.

Theresa May tgħid li l-Qrati Ewropej mhux se jkollhom ġurisdizzjoni fuq ir-Renju Unit

Theresa May insistiet li l-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ewropea fuq ir-Renju Unit tasal fi tmiemha ma’ Brexit.

Hekk kif il-Gvern ippubblika dettalji ġodda fuq il-pożizzjoni tiegħu, l-Prim Ministru May qalet li r-Renju Unit se jieħu lura l-kontroll fuq il-liġijiet tiegħu.

Dan filwaqt li kritiċi qalu li ser tkun impossibli li jevitaw l-Imħallfin Ewropej li għandhom irwol fuq l-infurzar ta’ ftehimiet ġodda mal-Unjoni Ewropea.

May ma tikkonvinċiex lil Juncker

L-isforzi biex jiġi assigurat il-futur taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jgħixu fir-Renju Unit huma “l-ewwel pass iżda mhux suffiċjenti.” Dan qalu l-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker b’reazzjoni għal dak li żvelat Theresa May dwar id-drittijiet ta’ ċittadini Ewropej li jgħixu fir-Renju Unit.

Aqra aktar

May tordna inkjesta pubblika

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May ordnat li ssir inkjesta pubblika biex ikun magħruf xi kkawża in-nirien qerrieda li l-Erbgħa filgħodu ħakmu blokka ta’ mija u għoxrin appartament magħrufa bħala Grenfell Towers fil-Puntent ta’ Londra.

Aqra aktar

Il-Parlament Ingliż mistenni japprova t-talba ta’ elezzjoni bikrija

Il-House of Commons mistenni japprova t-talba tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May biex f’Ġunju li ġej issir elezzjoni bikrija fir-Renju Unit.

It-talba ta’ May trid tiġi approvata minn żewġ terzi tal-Parlament Ingliż.

Din it-talba mistennija tiġi approvata mingħajr xkiel wara li anki l-mexxej tal-Partit Laburista Ingliż Jeremy Corbyn laqa’ t-talba biex issir l-elezzjoni fit-tmienja ta’ Ġunju.

Aqra aktar

“Bidu tajjeb għal ġurnata kerha” – JM dwar l-ittra ta’ Theresa May

It-ton tal-ittra ta’ Theresa May li skattat Artiklu 50 tat-Trattat u allura Brexit, hija relattivament kostruttiva.

Fl-ewwel reazzjoni li ta’ l-Prim Ministru Joseph Muscat dwar Brexit qal li minn dak li hu infurmat minn Brussel jemmen li fl-aħħar mill-aħħar hemm rieda ġenerali bejn l-Istati Membri li n-negozjati jkunu franki u proattivi.

Minkejja li hemm ħafna xi jkun maqbul, fi żmien relattivament qasir, jekk kull Stat iżomm il-prijoritajiet tiegħu ċari u kulħadd iżomm mal-iżmien stipulat maqbul, ir-riperkussjonijiet ta’ Brexit ikunu kkontrollati.

L-ittra ta’ Theresa May hija “a good start for a bad day”- qal Muscat.

F’ konferenza tal-aħbarijiet mal-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy, wara laqgħa bilaterali bejn iż-żewġ mexxejja, bla dubju iddominat it-tema Brexit. Biż-żewġ mexxejja jaqblu li se jkunu qed jagħmlu dak kollu possibbli biex ikunu ssalvagwardjati l-interessi taċ-ċittadini Ewropej li jgħixu fir-Renju Unit u l-kumpaniji Ewropej li nvestew fil-pajjiż ukoll.

Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Spanjol enfasizza fuq ir-relazzjoni bilaterali, li ddeskriva bħala ‘eċċellenti’ bejn Malta u Spanja fejn stqarr li hu ċert li din il-koperazzjoni tista biss tissaħħaħ.

Rajoy aċċenna wkoll fuq l-irwol kruċjali tal-Presidenza Maltija, li fi kliemu, qed titmexxa vl-aħjar mod minkejja li qed jiġru affarijiet ta’ importanza internazzjonali li huma ta’ sfida fuq il-futur tal-Unjoni.

Il-Prim Ministru Spanjol stieden lil Muscat biex fiż-żmien li ġej iżur Spanja fejn id-diskussjonijiet bilaterali jissoktaw.

Send this to a friend