tfal – Page 6 – One News

Notifiki

It-tfal se jkollhom irwol kruċjali fiż-żamma tal-ambjent

Il-Kunsill Lokali tal-Gżira għal sena oħra se jiċċelebra l-jum internazzjonali ddedikat għat-tfal b’attività fil-kulleġġ ta’ Santa Klara bit-tema prinċipali tkun l-ambjent.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Kunsill Lokali tal-Gżira fejn fost oħrajn intqal li t-tfal għandhom dritt li jitrabbew u jgħixu f’ambjent nadif u nieqes mit-tniġġis.Aqra aktar

Tfal iwissu lill-adulti biex juru aktar rispett lejn xulxin

It-tfal iridu li l-adulti juru aktar rispett lejn xulxin, hekk kif studju dinji li kien ippubblikat ftit tal-jiem ilu kkonferma li 41% tat-tfal raw adulti jonqsu mir-rispett lejn xulxin fl-aħħar sitt xhur.

97% mit-tfal li ħadu sehem fl-istħarriġ kontra l-ibbuljar qalu li jridu li l-adulti jkunu aktar ta’ eżempju għalihom u ma jxekklux ħidmet xulxin.Aqra aktar

Il-mard mentali fost tfal u żgħażagħ qed jiżdied

Il-mard mentali fost it-tfal u ż-żgħażagħ Maltin u immigranti qiegħed dejjem jiżdied.  Hekk saħaq ma’ ONE NEWS il-Kummissarju għas-Saħħa Mentali John Cachia waqt konferenza li trattat l-abbuż tat-tfal u ż-żgħażagħ:

“Nosserva dak li qed jiġri fuq mard mentali fost it-tfal u żgħażagħ. Dan qed ikun komuni fost il-Maltin u l-immigranti li jkunu għaddew minn xi trawma”.Aqra aktar