tfajla – Page 3 – One News

Notifiki

Storja li rrapportajna; ħajja li spiċċat fix-xejn

Ġimgħatejn ilu rrapportajna dwar il-mara Rumena Andreea Cristea, li spiċċat fix-xmara Thames waqt l-attakk terroristiku f’Westminster.

It-tfajla kienet qed tgawdi btala mal-għarus tgaħha, li kien bi ħsiebu jsaqsiha tiżżweġu.

Andreea ħalliet din id-dinja lbieraħ. Il-familja fi stqarrija qalet: “Wara ġimgħatejn u aktar tissielet, il-maħbuba tagħna Andreea, bint, oħt, partner, ħabiba u perusna unika li tant kienet tħobb il-ħajja, ittieħdet bl-aktar mod krudili minn qalbna u minn ħajjitna. Ittieħdet b’mod bla qalb u bla spirtu. Se tibqa mfakkra bħala raġġ ta’ dawl li dejjem se tibqa’ tiddi f’qalbna. Xejn m’hu se jsabbar il-vojt u l-uġigħ f’qalbna”.

Il-familja trid li l-flus li kienu deħlin bħala donazzjoni għall-fejqan ta’ Andreea jmorru għall-karità.

Tfajla tittajjar minn vann f’Raħal Ġdid

Tfajla ta’ 24 sena, residenti Pembroke, ittajret minn vann tat-tip Toyota Townace fi Triq Palm, Raħal Ġdid. Il-vann kien misjuq minn raġel ta’ 28 sena residenti Marsaxlokk. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 11.25 u l-kundizzjoni tat-tfajla għadha mhux magħrufa.

Aqra aktar

Prova jmiss tfajla sesswalment u weħel 3 xhur ħabs


Pasqualino Cefai kien ikkundannat tliet xhur ħabs wara li l-Qorti tal-Appell instab ħati li għamel attentat vjolenti fuq il-pudur ta’ tfajla Ingliża. Din mhux l-ewwel darba li Cefai xellef difrejgħ mal-Qorti hekk kif kien ikkundannat sentejn u nofs ħabs talli hedded Maġistrat u seba’ snin ħabs wara li ta daqqiet ta’ sikkina lil persuna.

Aqra aktar

Filmat DISTURBANTI ĦAFNA – imma vera jew falz?

Bl-Ingliż jgħidu “to fall in love”.

Din it-tfajla litteralment waqgħat, jew kienet imbuttata, biex inkunu preċiżi.

Bħalissa fuq id-dinja virtwali hemm domanda li tiddisturba ftit: dan il-filmat minnu jew inkella hija reċta?

Fil-filmat, it-tfajla Franċiża tidher qed tmexxi lill-maħbib tagħha f’tarf ta’ irdum. Imma f’daqqa waħda, itiha imbuttatura għal isfel, tant li tspiċċa taqa’ dak li jidher li huwa sular ‘l isfel, għal fuq il-blat. Tinstema’ tgħajjat hi u nieżla.

Hawn, min qed jiġbed jagħmel sinjal b’idejh, biex jindika li kollox sewwa.

Jekk il-filmat huwa veritier, min ġibdu jista’ jkun f’inkwiet kbir. Jekk huwa xi forma ta’ ċajta, żgur li qed jibgħat messaġġ ħażin ħafna fis-soċjetà.

Aqra aktar

Informazzjoni li daħħlet lil żagħżugħa Ħamruniża fl-inkwiet

Żagħzugħa residenti l-Ħamrun ma nstabitx ħatja li mingħajr awtorizzazzjoni, ħadet fil-pussess tagħha xi data, software jew dokumentazzjoni, jew li għamlet użu minnhom, wara li telqet il-kumpanija kummerċjali li magħha kienet tahdem.

Il-kumpanija kummerċjali akkużat lit-tfajla li ma kelliex jedd tibgħat din l-informazzjoni lilha innifisha mill-kompjuter tax-xogħol, ghax b’hekk hija setgħet għamlet użu minn informazzjoni li ma kinitx tagħha.

Id-dokumentazzjoni imsemmija huwa ktieb li jingħata lil kumpaniji tal-assiguirazzjoni bil-għan li jigi stabbilit il-valur fis-suq ta’ kull vettura, biex b’hekk ikunu jistgħu jagħtu parir lil klijenti li jkunu bi ħsiebhom jassiguraw il-vettura tagħhom magħhom.

Aqra aktar

Send this to a friend