tfajla – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Tfajla ta’ 23 sena tmut wara inċident bil-mutur f’Raħal Ġdid

Tfajla Ġermaniża ta’ 23 sena tilfet ħajjitha wara li kienet involuta f’inċident bil-mutur f’Raħal Ġdid. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:45 pm tas-Sibt fi Vjal Santa Luċija Raħal Ġdid.

Minn informazzjoni li kiseb dan l-istazzjon jidher li ġuvni li kien qed isuq il-mutur tat-tip Yamaha tilef il-kontroll tiegħu minħabba xi żrar u ġebel li kien hemm fit-triq, bil-konsegwenza li l-ġuvni u tfajla li kienet passiġġiera miegħu waqgħu minn fuqu. F’dak il-ħin, trakk li kien qed jinstaq minn Taljan ta’ 43 laqat lit-tfajla, bil-konsegwenza li nqabdet taħtu.

Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei iżda sfortunatament it-tfajla ġiet ċċertifikata mejta fuq il-post. Hu mifhum li t-tfajla u l-ġuvni kienu ilhom għal dawn l-aħħar xhur joħorġu flimkien.

Dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Aaron Bugeja bl-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Raħal Ġdid .

Ritratti: Trischia Falzon

Ġlieda fuq tfajla wasslet lil erbat irġiel il-Qorti

Erbat irġiel tressqu l-Qorti wara li ġew fl-idejn minħabba tfajla li fl-imgħoddi kienet toħroġ ma’ wieħed minnhom. Il-każ jeħodna lura għal Lulju li għadda f’parkeġġ f’Marsalforn, Għawdex.

Kien għall-ħabta ta’ nofsilejl meta allegatament Steven Vella, Adrian Vella, u Jason Pace ħebbew għal Shaun Farrugia u żewġ nisa li kienu miegħu. Dawn tal-aħħar ġarrbu ġrieħi ħfief, u kien hemm ukoll vittma ieħor fl-allegata ġlieda. Aqra aktar

“Jista’ jkun li t-tfajla qalet li kienet stuprata minn kuġinuha għax kienet tgħir”

Hekk kif kompla l-ewwel ġuri għal din is-sena, fil-Qorti ntqal kif jista’ jkun li l-għira kienet ir-raġuni għalfejn it-tfajla li llum għandha 16-il sena, qalet li kienet stuprata minn kuġinuha għal għaxar snin sħaħ. Fost argumenti oħra li qajjem l-avukat difensur, kien hemm dak li t-tfajla kellha ossessjoni fuq kuġinuha, u għalhekk, għamlet li għamlet.

Min-naħa l-oħra, il-prosekuzzjoni qed issaħħaħ l-argumenti tagħha fuq il-konsistenza tat-tfajla, u l-fatt li ammettiet li kienet hi li f’okkażjoni minnhom għamlet avvanzi sesswali fuq kuġinuha. Dan tal-aħħar qiegħed kontinwament jiċħad l-akkużi ta’ stupru.Aqra aktar

“Ma kellix il-kuraġġ nitkellem”- it-tfajla ta’ 16-il sena ‘taħlef’ li kienet stuprata minn kuġinuha għal seba’ snin sħaħ

Tfajla ta’ 16-il sena ħalfet fil-Qorti li kienet qed tgħid il-verità dwar abbuż sesswali li allegatament sofriet minn kuġinuha għal seba’ snin sħaħ.

Hekk kif l-ewwel ġuri għal din is-sena daħal fit-tieni jum tiegħu, uġinuha, li llum għandu 25 sena, qed jaffaċċja akkużi ta’ abbuż sesswali u li pparteċipa f’atti sesswali ma’ kuġintu għal seba’ snin sħaħ, liema abbuż allegatament intemm madwar sentejn ilu.

Hekk kif kompla l-ġuri tul il-jum tat-Tlieta, it-tfajla insistiet li qatt ma gidbet dwar dan il-każ, u li hija mweġġa’ li hemm xi persuni li jitkellmu fuq l-abbuż mingħajr ma jikkunsidraw kliemhom sew. Skont hi, dawn in-nies ma jafux x’jiġifieri l-veru abbuż.Aqra aktar

Send this to a friend