texas – One News

Raġel li qal li huwa għalliem imgiddeb f’Qorti Amerikana b’rabta mal-massakru fuq skola f’Santa Fe, Texas

David Briscoe, ir-raġel li qal li huwa sostitut tal-għalliema, qatt ma ħadem fl-iskola ta’ Sante Fe f’Texas, l-Istati Uniti. L-istess skola fejn f’Mejju tal-2018 inqatlu mal-għaxar persuni f’sensiela ta’ sparaturi. Din l-informazzjoni ħarġet minn Qorti f’Texas, iżda xi mezzi tax-xandir laħqu ppubblikaw il-gideb tiegħu.

Briscoe kien stqarr li pproteġa lill-istudenti waqt l-attakk wara li sema’ ħafna twerżiq u sparar, waqt li kien qiegħed jagħti lezzjoni tal-Ingliż. Spjega wkoll kif hu ta struzzjonijiet lill-istudenti biex jinżlu mal-art, filwaqt għalaq l-entratura tal-klassi bl-imwejjed u tefa’ d-dawl. Briscoe qal li dak il-ħin li damu biex ħarġu mill-iskola dehru qishom sigħat twal, iżda fil-fatt damu biss bejn 30 u 45 minuta.Aqra aktar

13-il persuna mejta f’inċident f’Texas

Tlettax–il persuna tilfu ħajjithom u oħrajn indarbu, f’inċident tat-traffiku f’Texas li seħħ kawża t’impatt bejn minibus t’għaqda Reliġjuża u trakk pick-up.

Il-minibus kien qed iġorr erbatax –il anzjan u anzjana ta’ grupp Reliġjuż li kienu fi triqthom lura lejn id-dar minn irtir.

Aqra aktar

Send this to a friend