terroriżmu – One News

Tlieta mejta wara sparaturi fil-Belġju

Żewġ uffiċjali tal-Pulizija u persuna oħra nqatlu fil-belt Belġjana ta’ Liege wara li agressur armat b’arma tan-nar żamm mara ostaġġ fi skola fl-inħawi. L-agressur allegatament inqatel ftit tal-ħin wara l-inċident.

L-Iskwadra ta’ kontra t-terroriżmu fil-Belġju għadhom qed jinvestigaw dan il-każ.

.

AĠĠORNAT: Miċħuda l-apoloġija tal-ETA

Il-familji tal-vittmi ta’ attakki terroristiċi mill-ETA, ikkritikaw l-apoloġija li l-ETA tat iktar kmieni llum. Huma akkużaw lill-grupp separatista li qed jipprova jiġġustifika l-azzjonijiet tagħhom fil-passat u li qed jimmanipulaw l-istorja biex jgħattu l-krimini tagħhom.

Aqra aktar

Splużjoni fi Stokkolma

 Żewg persuni ndarbu wara splużjoni barra stazzjon tal-metro fi Stokkolma. Il-Pulizija tal-pajjiż qalu li x’aktarx, raġel ta’ madwar 60 sena weġġa’ malli ġabar oġġett mill-art u dan sploda bil-konsegwenza li weġġgħetu serjament. Ir-raġel ittieħed l-isptar. Kelliema għall-pulizija tal-pajjiż sostnew li ma hemm l-ebda raġuni li dan jitqies bħala attakk terroristiku.

Brussell mill-ġdid fil-mira tat-terroristi

L-istazzjon ċentrali tal-ferrovija fi Brussell kien evakwat wara li nstemgħet splużjoni. Għalkemm l-ewwel dikjarazzjonijiet mill-pulizija Belġjana jindikaw li kollox jinsab taħt kontroll.

Rapporti qed jgħidu li persuna li kienet liebsa ċintorin ta’ splussiv twaqqfet fil-ħin mill-forzi tal-ordni filwaqt li l-pjazza ewlenija tal-Belt, il-Gran Place, kienet evakwata.

Din mhix l-ewwel darba li Brussell qed jisfa fil-mira tat-terroristi. Is-sena li għaddiet 32 persuna mietu wara attakk fl-ajruport mill-Istat Iżlamiku.Aqra aktar

Biex l-akkademiċi jiġġieldu l-estremiżmu

L-estremiżmu u r-radikalizzazzjoni kontinwament qed jiddominaw l-aħbarijiet. Stejjer li ħallew dieqa u biża mill-ħdax ta’ Settembru sal-attakki ta’ London Bridge jiem ilu huma kollha assoċċjati ma dawn iż-żewġ fenomeni li għalkemm ħafna jitkelmu fuqhom, ftit jaħsbu li qed issir xi ħaġa biex ikunu evitati.
Simpożju akkademiku f’Malta, kien qed jagħmel propju dan.

Aqra aktar

Send this to a friend