telefonati – One News

Notifiki

L-MEP Marlene Mizzi żżomm mal-wegħda ta’ telefonati orħos fl-UE

 Il-Parlament Ewropew illum ivvota biex ikun hawn telefonati orħos bejn stat membru u ieħor fl-Unjoni Ewropea.

Il-Membru tal-Parlament Ewropew, Marlene Mizzi, kelliema għall-Grupp S&D u shadow rapporteur fuq ir-rapport leġiżlattiv dwar il-Kodiċi Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi saħqet: “Mill-15 ta’ Mejju, 2019, iċ-ċittadini Ewropej mhux se jibqgħu jinkwetaw dwar prezzijiet għoljin meta jċemplu lill-familji u lill-ħbieb tagħhom f’pajjiż ieħor tal-UE. L-ispejjeż ta’ telefonati fl-UE se jiġu limitati, biex ma jibqgħux jeżistu kontijiet eċċessivi u esaġerati għal telefonati internazzjonali, meta jsiru lejn stati membri oħrajn tal-UE.” Aqra aktar

Marlene Mizzi tappella għal tariffi irħas fit-telefonati internazzjonali

L-MPE Marlene Mizzi fi stqarrija li ħarget, ħeġġet lill-Kummissjoni għall-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali, Mariya Gabriel, biex tappoġġja l-isforzi tal-Parlament Ewropew biex jitnaqqsu t-tariffi fuq telefonati u SMSs internazzjonali, u biex jiżdied il-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur taħt ir-regoli l-ġodda tat-telekomunikazzjoni.
Aqra aktar

L-MPE Marlene Mizzi trid prezzijiet irħas għal telefonati internazzjonali

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur tal-Parlament Ewropew (IMCO) nhar it-Tnejn, 4 ta’ Settembru, ivvota biex jitnaqqsu t-tariffi fuq telefonati u SMSs internazzjonali bħala parti minn abbozz dwar it-telekomunikazzjoni.

Ix-shadow rapporteur tal-S&D fuq it-telekomunikazzjoni li tirrappreżenta l-konsumaturi u s-suq intern, Marlene Mizzi, tat il-kummenti tagħha wara l-vot: “Sodisfatta bir-riżultat tal-lum fuq l-abbozz dwar it-telekomunikazzjoni. Wara xhur ta’ negozjati ebsin, sa fl-aħħar qbilna li t-tariffi ta’ telefonati u SMSs minn pajjiż tal-UE għal ieħor għandhom jitnaqqsu b’mod sinifikanti u jiġu daqs dawk għal telefonati nazzjonali.”

Aqra aktar

Riċerka turi li GO għandha l-aktar netwerk veloċi

 

Riċerka li saret minn Net Check GmbH, kumpanija Ġermaniża ewlenija u indipendenti li tispeċjalizza fil-performance testing ta’ netwerks tal-mowbajls (www.netcheck.de), uriet b’mod konkret li GO għandha l-aħjar netwerk ċellulari f’Malta. Ir-riċerka, li saret madwar it-territorju Malti kollu, żvelat ukoll li s-servizz tal-internet ċellulari ta’ GO hu ferm aktar veloċi minn dak ta’ kwalunkwe kompetitur ieħor.Aqra aktar

Qraba jċemplu 1777 għall-għajnuna

Sa mit-tnedija tiegħu f’Settembru tal-2015, il-maġġoranza ta’ telefonati li rċieva l-helpline 1777 li jispeċċjalizza fil-vizzju tal-logħob, kienu mingħand qraba tal-vittmi.

Din kienet informazzjoni li ngħatat mill-Fondazzjoni għal Logħob Responsabbli li taħdem biex tagħti għajnuna lil vittmi nfushom u lil familjari tagħhom.

Aqra aktar

Send this to a friend