tas-sliema – Page 5 – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Saqqu jinħakem minn nirien f’Tas-Sliema

Saqqu f’residenza f’Tas-Sliema inħakem minn nirien illum wara nofsinhar

L-inċident, li beda fil-kamra tas-sodda, seħħ għall-ħabta tal-15:44 fi triq Borg Olivier f’Tas-Sliema.

Fuq il-post marru numru ta’ Pulizija fejn ikkontrollaw in-nirien kif setgħu sakemm waslu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tfew in-nirien.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ waqt dan l-inċident.

Busuttil se jerġa’ jipprotesta nhar il-Ħadd

F’attività tal-Partit Nazzjonalista f’Tas-Sliema, li għaliha n-nies twasslu bil-private, il-pass tal-Oppożizzjoni tħabbar li nhar il-Ħadd li ġej se jorganizza demostrazzjoni. Dan għax skond hu f’Malta hawn theddida għad-demokrazija.

Dak li ħabbar Simon Busuttil jikkonferma dak żvelat fl-aħħar jiem li l-protesta tal-lum, hija biss waħda minn sensiela.

Aqra aktar

Is-sale: Min jixtri u min igerger li mhu sale xejn

Ilbieraħ beda  roħs fuq il-prezzijiet kummerċjali fil-ħwienet, partikolarment dawk tal-ħwejjeġ u aċċessorji. Ikun hawn min jistenna l-prezzijiet jinżlu biex jagħti r-rigali tiegħu anke jekk ikun għadda l-Milied.

ONE News mar biex ngħidu hekk fil-mekka tax-xiri – tas-Sliema, biex jitkellem man-nies dwar kif kien sejrin issa li bdew dawn l-offerti speċjali. X’qed isibu u jekk kif jgħidu l-istennija kinetx worth it.

Aqra aktar

Jaħdmu u jnaddfu f’Tas-Sliema wara l-maltemp

Dak li kien temp sabiħ għal dawk li jħobbu temp Xitwi, għal oħrajn din il-grigalata kienet tfisser biss ħsara u xogħol ta’ tindif. Wara l-maltemp li ħakem lil pajjiżna u l-mewġ għoli li kkawża ħsarat, f’Tas-Sliema, matul din il-ġimgħa bdiet il-ħidma biex il-ħamrija terġa’ titpoġġa fejn kienet u s-siġar jerġgħu jingħataw il-ħajja.
Aqra aktar

Send this to a friend